il bollettino della sfiga

giovedì, dicembre 23, 2004

Rimpatria

minn Gakbu Sfigo (temporaniament geuua Malta)

Illum hua scierac illi uara li uasalt lura fil patria mahbuba (deiiem cattolica u latina isda rarament trionfanti) nirraconta brevement sci accaduti illi sehheu fir-ritorn lein l-isola ta’ divertiment. Per la cronaca taiieb li nghid illi bhala co-viaggiaturi chien hemm owendegabriele, bryinn u lorrayne. Lesteina ruh ghal viagg scalpestanti ta’ maduar disa sieghat intoto ilghaliesc bhala nies cammelin u nsara ghazilna li ntiru via brussel mal-portatore nationale AirMalta u mhusc mal-Luxair dirett. Haunhecc il-punti salienti.

14.15
OJD u GS jacbdu taxi minn 22 ruedebragance li iuassalhom f’hin taiieb l-istattion. B&L chiedin diga jistenneu uact li ched jiddegustau breakfastlunch gentilment provdut minn Mcdonalds restaurants. GS u OJD ichollhom anche hin jisctru minghand il-Quick (ghal scopijiet glutenfree deiiem jigi preferut) u jisctru il-bilietti. (mini-sfiga: GS ma husc se jirritorna fl-istess gurnata ta’ OJD u B&L u ghalhecc ma setasc jippartecipa fil-groupoffer tat-tren. Ghlahecc prezz complessiv ta’ OJD, B & L flimkien u anca return €61 – ossia maduar 20€ ir-ras; prezz ghal GS uahdu 40€.)

14.24
Icunu fuc it-tren u anca isibu cabina uahidhom il-fellowship of the trip. It-tren jitlac puntuali (deiiem). Chif ighidu OJD u Bryin “laccas cans ghal sigarett”.

17.24
Dhul geuua l-istattion Brussel Midi. Haunhecc ghandu isir changeover minn tren ghall iehor li se jehodna dritt Brussel Zaventem (aeroport). Inizzlu il-bagalji collha (anca il-pseudocassaforte li GS bhala badpacker chiehed igorr). Jintefghu fuc il-piattaforma ierdghu sigarett cull uihed ghaliesc ilhom deprivati tlett sieghat. (lorrayn excepted ghax ma tpeiipsc). Mument fost l-ohrain Lorrayn tistaqsi b’ton innocenti u cuasi nonscalant... “Allijistajkun ahna din it-treynm irridu nacbdu?” filuact li b’harsitha tindica faccata –ossia in naha lohra tal-piattaforma. Iz-zaghzagh icunu anche se jibaghtuha tehdu f’certi partijiet fein rari tleqq isc-scemsc (u mhusc ched nirreferi ghall-Gran Ducat) izda iharsu scorta lein il-piattaforma faccata (just-to-amuse-the-girl). Gara illi fuc il-piattaforma faccata is-sinial chien ched iuri Brussels Direct 17.34. Chienu ovviament scorreu 17.33. L-omunculu li icun barra t-tren bis-suffara f’halqu sabiesc jaghti il-go ahead ghall-partenza chien ched jillostra is-sudetta suffara u chellu harsa ta’ l-arbitru Paparesta meta bl-ebda mod ma jcun convint li hemm bzonn il-hin mizjud. Il-fellowship b’mod ictar scompost mill-Bull Run li jcun hemm spania chull sena f’dacca uahda improvizza ruhu fi stampede totali lein it-tren. Intefghu bagalji bein gakulatoria u ohra lill-caddisin varji. L-iscramble irnessciet u malli dahlet l-ahhar sieq fit-tren sehibna il-Paparesta tal-mument saffar il-Kick off. Ergaina scampainiha.

18.00
Naslu Zaventem. Nidhlu l-ajruport. Ched noholmu duar is-sbuhija ta’ paiizna u ritorn felici. Sacemm of course induru fil-check in point fein chellu icun hemm l-airmalta. Chien hemm fil-fatt l-airmalta. Chien hemm ucholl pero il-Bella Compania Votanti Attard Montalto & Ellul Bonici”. Iva seuua craitu. Il-check in point chien imzeiien b’grupp ta’ nisa tomboleschi illi ittellghu ghal familiarisation visit mis-suddett membru parlamentari ewropew of world fame (issa li anca deher fuc il-Financial Times). M’hemmsc sci nghidu. Mincheiia li Ellul Bonici chienet ched tipprova bhal Moira Orfei timmaestra il-linji ta’ tombolizi, scorta chien hemm sens ta’ Outing Mal-Father (jewilla scialata). Instema bosta drabi l-isem popolari fi gruppi bhal daun “Ssssssssssssssssss” illi jintuza sabiesc discretament jingibed l-attentioni ta’ haddiehor illi ghogbu javventura ruhu in-naha l-ohra tat-terminal. Chien hemm min, fost it-tombolizi ipprova anche jacbes il-kju. Dana uara li haphna minnhom ipprovau jidhlu mill-business class. Osservaina ucholl lil dana il-grupp kulturali imdaqqas jaghti rigal lis-sudett MEP f’forma ta’ kascsca cikkulatini. (Event li ma chiensc icun importanti chiecu is-suddett MEP ma chellusc jiddecidi ichtar tard ibiddel l-ajruplan pubblicu f’ electoral party privat u jirringrattia lil all and sundry ghar-rigal (anca lil coppia Belgiana li bacghet sbalordita).

20.20
Uara li evitain il-grupp culturali ghal-hin collu allocat ghal boarding ergaina inaghcadna mal-grupp fuc l-airuplan. L-avjun ittardia biesc iddecolla (nafu li chienet involuta certa Natasha Meli li tissemma haun uara l-ahhar appearance f’bollettin li jiddata ghas-sena 2000). Chif iddecolla L-Allegra Banda Supporters of JAM iddecideu li jcapcpu. B’hecc hauduna ferm ghasc il-consuetudini titlob li jecc se ccapcap iccapcap fl-ahhar mita collosc iocun mar seuua. Izda le. Capcpu. Mat-take off u anchi cabel il-landing. Cabel jigifieri uact li l-ajruplan ghadu sci 50 metru mill-art chienu ga bdeu icapcpu. Evviva la scaramanzia. (N.Ed. GS u OJD nizlu mill-ajruplan bl-attributi daqscein homor ghaliesc tant ghorcuhom bhala scaramantia).

c. 23.15
Landing. U morna d-dar.
Sfiga ftit. Pero close shaves haphna.

Bonnatale

GS.

DDG
Clap your hands ghasc beda l-vjagg
Imma qabel il-landing?... that’s too much

giovedì, dicembre 16, 2004

Shopping Trip... Sole to Sole

minn Gakbu Sfigo
Uasalna issa ghal zmien il pausa natalizia fein forsi anchi id-donna bendata taf issir ichtar manianima u tnaccas mill-hruscija taghha. Sadattant is-serv taghha Gakbu S chien xhud ta' eventi sfigazzati chif ucholl vittima taghha il bierah ossija l-Erbgha Hmistasc ta Decembru.

Bhalissa huwa zmien fein minhabba l-assenza tal-kap u slowdawwn generali fil-corti isc-scoghol ma huwiesc ta' natura ingombruza. Chien ghalhecc li Melanie, secretaria simpaticissima fil-kabinett taghna ipproponiet afternoon ta' sciopping lil GS. Hrabna lein is-saghtein bil-mir li sal-hamsa (latest) naslu lura just-in-time ghall-party organizzat mill-kabbinett tal-uttornigeneral Tizzano.

Irhejnilha bil-carozza/ajruplan ta' Melanie. L-euuel uacfa chellu icun il-BAC Supermarket. Dan hua supermercat tal-istituzzjonijiet moqdi bi prodotti li suppost itaffu nostalgia ghad-dar. (Per ezempju mincheiia li uihed ghadu ma isibsc twistees u kinnie isib però haphna Chinò). Chif irraccontait f'edittioni ohra tal-Bollettin bhalissa it-toroq huma naqa' glissé ossija icy. Chien ghalhecc illi mita l-isbeiha Melanie applicat il-brejk (ghaliesc minn fost il-bjuda tas-sigar hareg qisu forma umana) is-seuuieca ta' uaraina ma chelliesc cans tiecaf u bacat diehla hecc dlonk gofina. Scein hsara lil melanie izda il-VWBeetle gdida (mid-dehra harget gimaghtein ilu) sofriet grif zghir.

Insomma. Scampata dic morna il-bac. Chellna shopping list ta' fueiiah li jinsctrau bl-irhis. Chien hemm chiu. Hafna nies. Imma dan paiiz civil. Ergo tiehu numru bhal fid-delicatessen ghand allajahfirlu il-Price Club. Chienu ced jacdu number 54. Gakbu S jigbed in-numru li jmiss. Ma setasc joncos.... 69. Rata ta' tmien minuti chull numru.... domna seklu.

Sc'hin hrigna lebbitna lein is-sitycenter sabiesc nibdeu il-vera shopping. Ma iccalculainiesc pero li ma l-euuel trafficlights se tacsmilna scarabanc cuddiemna u tiehu il-genb taghna. Twenty minutes ragunar fit-tric ma busdriver maniacali li ma ried bl-ebda mod jaccetta t-tort. Sadattant bniedem mhusc maghruf li chien fuc in-naha l-ohra taghna (li ghall occasioni ser insemmu "L-Ghosc")uacaf ucholl u beda idur dauriet mal mercedes tieghu cisu habat habta tipo dic li chulhadd jisctiec li iahbat Schuchmacher. Filfatt u verità ma garalu assolutament scein. Chien biss ched jispera li jsib sci haga bl-inscurance. Backtothedriverofthebus. Dana insista illi immorru mieghu d-depot tal-buses sabiesc naghmlu "Constat" li hua tipo bumper-to-bumper imma tahli haphna ichtar hin.

Insomma again. Uara haphna bargaining u introduttioni ta metodi ghaudscin ta negotiationi il-busdriver accetta (uara ucholl hela ta 40 minuta ohra u trip sa' depot li domna hafna ma sibna) illi jissorvola l-accident.

Morna ghalhecc sac-centru fein fil-ftit hin li chien bacalna ghamilna ftit shopping. Greina lura sal-office justintime for the party izda scopreina ucholl li Melanie tilfet in-nuccali (sabitu illum geuua l-inforra tal-gakketta).
Fl-ahharnett nghidilchom ucholl illi Gakbu S ma chellusc biss it-Tizzano party izda anchi ichtar tard filghascia baca seiier l-Amicale des Referendaires fein chellu jissocializza mal-collegi. Is-socializzar dam ftit haphna ghaliesc fil-pront b'intervent siewi ta' Madame No Gakbu S induna li chellu s-suletta taz-zarbuna leminija tiddendel. Chellu jingabar. Half-way sal-carozza (f'temperaturi li jvarjaw bein -2 u -4) is-suletta tinqala' ghal chollosc u Sfigo anchi jimsci l-ahhar metri b'siequ continuament in cuntatt mal-cobbles iffrizati ta' Letzeburgu.

DDG
Haphna shopping was his goal
Spicca only with no sole!

mercoledì, dicembre 08, 2004

Test Drive - A Class

Kaz classiqu ta’ sfiga maltija fil-konitent Ewropew !
(Test drive Maltija fil-Lussemburgu)
mill corrispondent pietrovaldovella

Wara recepsjon kif ghandu jkun, bix-xampanja u s-salamun u b’ determinazzjon li jixtri l-ahhar mudell tal-Mesedez, pietrovaldo (l-ebda relattioni ma marcovaldo – hlief forsi suspett ta'inbreeding malti) semgha kliem helu jitlissen mis-sales man Vanxklift (u fost kliem iehor inkomprensibbli bil-lussemburgiz) instemet il-melodija tal-kelma sabiha “test drive?”

Qalbu ghamlet tikk … kien wasal il-mument tal-verità … Left hend drajv qatt ma kien saq u mbaghad fuq in-naha l-ohra tat-triq … wara dak ir-riceviment alkoliku!

Bhal sajjetta sab ruhu fuq l-autobahn ghaddej bil-190.

Eh … mhux daqshekk kumplikata l-bicca …qal bejnu u bejn ruhu …. Qisu bhal meta kont insuq ir-rota fuq il-bankina. Imbaghad giet ideja brillanti u lis-salesman qallu
"In the garaje toqod ?"

Mill-autobahn sab ruhu fi Stroosen, immeraviljat kemm kien jaf it-toroq … izda apparentement mhux sew bizzejjed, u bejn is-sewqan u xi kelmtejn il-koncentrazzjoni naqset bil-bosta. F’ hakka t’ ajn, jolqot ir-rota kemm kemm ma bankina baxxa fiha forsi xi hames pulzier. Sfiga qal bejnu u bejn ruhu !

Mill-ewwel ftakar li f’ dik il-gzira imbeghda, din mhux xi darba grat… is-soltu tkisser il-bankina u l-karozza ma jigrilha xejn … izda hawn it-tenders ma jintrebhux minhabba l-amici degli amici.

Consegwenza ta’ prattika politika differenti:
Zewg punkchairs, zewg rimzijiet maqsuma, zewg hub cups fl-ghalqa, u l-bankina baqat intakt.

Kaz klassiku ta’ sfiga maltija fil-kontitent Ewropew !

ddg
ghad-driving ghamel test
break it all ghax he's the best!

lunedì, dicembre 06, 2004

Great Moments in History

Sfigatata Storicha.
mill-corrispondent fi Brussel Berto Toccapalle

L-ochażjoni kienet waħda storicha: l-awdizjoni ta' l-ewwel chummissarju Melitensis quddiem il-Parlament Ewropew. U l-intrepidu invijat ta' dan il-ġurnal minn Brussel (Bertu Toccapalle Dalli) ma setax jitlef dan l-appuntament storichu.

Għalhekk daħal fis-sala liebes qisu figorin, poġġa bilqiegħda u qagħad jisma' fuq kwoti ta' ħut u affarijiet interessantissimi oħra u jaghmel tabirruhu li qieghed jifhem.

Fid-daqqa u l-hin l-intrepidu Bertu qabdu l-għatx u ddecieda li jiftah il-flisckun ilma li kien depost fuch il-bank quddiemu. Isc-sciorti riedet li quddiemu inzerta kien hemm ilma frizzanti u mhux ilma lixx. Isc-sciorti riedet ucholl li sci chretin kien ħa pjacir jiscejkja dan il-flisckun u waqt li Bertu b'arja ta' nonchalance liema bhala kien qiegħed jiftah il-flixkun dan beda jtajjar ilma ma kullimkien.

Biesc jevita iktar danni u ma jkomplisc jaqa għan-nejk l-eroiku Bertu nizzel il-flisckun taħt il-bank. Din l-azzjoni eroika kellha l-effett li barra li kien iscarrab minn rasu sa sidru l-invijat issa iscarrab kollu kemm hu.

Meta irnescielu jiftah il-flisckun Bertu ferra l-ilma (il-ftit li kien fadal fil-flisckun) u beda jissippja l-ilma b'certu aplomb qisu qatt ma ġara scejn, filwaqt li beda jhoss għajnejn chullhadd fis-sala qieghdin fuqu u mhusc fuq il-chummissarju Malti li suppost kellu jkun ic-centru ta' l-attenzjoni.

L-intrepidu invijat kompla jisma l-awdizzjoni imscarrab għasra filwaqt li jitlob li din iddum biżżejjed biesc jilħaq jinscef u ma jkollusc joħroġ f'dak l-istat tal-biki.

Dan juri li l-Madama Sfiga qieghda tmur 'lil hinn minn atti semplici fil-hajja ta' chuljum tal-vittmi taghha imma qieghda wcholl tinfiltra eventi ta' sinifikat storichu. Meta minn hawn u għoscrin jew tletin sena oħra tissemma l-awdizzjoni ta' l-ewwel chummissarju Malti quddiem il-Parlament Ewropew Il-Madama Sfiga tkun tista tghid: "Jien kont hemm".

L-intrepidu Bertu jkun jista jgħid:
"JIEN KONT HEMM UCHOLL…U WAQAJT GĦAN-NEJK"

DDG
monumentali l- "I woz 'ere"
hafna ilma u doccia cold
Bertu's historic appearance
fizzy shower (not so bold)

mercoledì, dicembre 01, 2004

Gemello nel Passato

"Essere superstiziosi porta sfortuna" - Umberto Eco

Uact li cont ched niddivaga fuc isc-scipka internautica iltcait ma sit illi uihed jista ighid hua gemell ta' dana is-sit stabbilit taghna. Filfatt jecc tirrecau ruhhcom fuc www.lasfiga.it ghandcom issibu gurnal helu talian illi malrozament (sfortunatament) ilu ftit ma jigi updejted.

Helua l-idea. Arauh.

Gakbu S.

Id-Depor Imbattuti
Sadattanto uaslilna l-ahbar li id-Deportivo Estudiantes bdeu strik nerazzurra mita fid-19 ta' Novembru (N.Dr. iva in-novelli iaslu lil din ir-redattioni bl-istess spid illi chienu iaslu lir-redattioni tat-TajmsovLundin fiz-zmien il-gwerra tal-Crimea!) fit-tieni loghba taghhom tal-Futsal Lig akkuistau paregg iehor contra ECB FC. Paregg ta' tnejn bi tnejn. Nistenneu ir-rapport minn Cutugno u Banestro fl-edittioni li imiss ta' Furia Nera!