il bollettino della sfiga

giovedì, gennaio 27, 2005

Brajjan goes Berserk

STOP PRESS: ghal pubblikazzjoni immedjata
Kirchbierg, Letzeburgu 27 Gennaio, 15:30 bumm. Batiment Gann Monne'

Marcovalden u Brajjan jinzlu sall-buvetta għall kafettin tas-soltu, li wara jigi akkumpanjat minn sigarett fil-csieh iscokk l-ghadam.
Waqt li Marcovalden qed iħawwad il-kafe, jinnota, minn taht il-ghajn, vibrazzjonijiet malefici skambjati bejn Brajjan u l-qaddeiia inkarigata milli tagħmel il-panini.
Jekk intom ta' dispozizzjoni xiplija, tkomplusc takraw. Hawn waktiet fejn l-idjoma indigena insulari tista' takta' u tweggia'.


Brajjan proprjament ordna Sandwich Special u ordnah lill kaddeiia, li potenzjalment MILF taiba, ghasc irkika minkeiia li fuk il-kwaranta, u xuxitha mizbuha hamra tghajjat, noccli f' noccli kisha taghkida ta' Medusa u carattru melefiku f'xi Goldrake jew Jeeg Robot. Kulhadd jafha bhala zorra, qatt ma tidhak, u dejjem incazzata lesta biesc tahtfec.

Brajjan jitolbilha s-sangwic u hi, alazobba bhalha katt ma raina, tikkorda mieghu dwar l-ingredienti wakt li ticcacra fuk it-teleforn. Issaksih jecc iridux bit-tonn, iweigeb iva,u ttihulu (ghasc alazobba u mhusc attenta) bil-perzut u l-gobon.

Brajjan, li ghaddej minn mania ta' fittness, jirrifjutah bil-pulit u jghidilha, bil-Francis approssimattiv u prudenti, li riedu bit-tonn.

U hi, ghasc alazobbha (icollna ntennu), ittih dik il-harsa toktol, tizbuffa u tonfoh, u tghidlu li issa li ghamlitlu, ikollu jzommu.

Imma Brajjan Malti, kemmscejn lemini, jitratta l-barrani b'diffidenza (l-akctar jekk mhux ta' leunu), u ghandu mibeghda intrinsika kontra s-sottoproletarjat.

Brajjan: 'Me je le ve avek le tonn. Tu parle' o telefonn, je ne komprand bjen le franse'…u l-ghadab qed joctor.

Tgħidlu li issa ghamiltu.

Brajjan: 'Fe un otr, mela, hakk Alla. Ejja, fe le tonn, ghax hakk ghall madonna nitfahhulek. Fe le tonn!'

Brajjan: 'Fosc ommoc'.

Brajjan: 'Ahdem liba. Ahdem'

Issa dawn huma biss campjuni maghzula ta' l-ghadab feroci li mela lil concittadin taghna u l-chitba mhusc bizzeiied biesc twassal din il-korla starordinaria. Marcovalden baka' biss ihares, josserva u jirregistra.

Iz-zorra kiesha li hi libtet, twerwret, u deliktlu t-tonn mal-bezzun quasi titrieghed taht l-offizi gravissimi mitfugha minn Brajjan u mlissna b'dawk il-consosnati horosc Arabeggjanti u b'dik il-killa u mibeghda li ahna biss fl-UE 10 nistghu nesprimu.

DDG
se non fa bene il panino
le rispondi fino fino
lavoro guadagno... pago pretendo
in bestemmia eccellendo!

mercoledì, gennaio 19, 2005

Zen and the art of moving apartments

minn Gakbu Sfigho

Il-uichend li ghadda chien uichend importantissimu ghal Owendegabriele (s'issa maghruf bhala Nino izda minn issa il chuddiem maghruph ucholl bhala iz-Zen ghal raguniiet li ser iigu esposti ichtartard f'dana il-bollettin). Iva chif chont ched nghid, iz-Zen chien ser iaghmel id-demenagement tieghu ossija chien se jbiddel id-dimora u jitlac minn sc'imchien hdein Belair u imur lein ic-Centru geuua Rue Adolphe Fischer.

Digia il fatt li chellu ibiddel id-dimora chien chemmscein relatat ma donna bendata. Dana ghaliesc omm il.-proprietaria ta' l-appartament tieghu chienet ghada chif sofriet it-telf tal-boifrend ultrasettantenni taghha u ghalhecc chellha tigi lura go Lussemburgu u titlac il canton Svizzeru li chienet sa issa tochod fih. Ovviament dana chien ifisser li iz-Zen chellu jizgombra il-post u iarma ifittesc lok iehor.

Chif naghmlu haphna drabi we will cutalongstoryshort. Iz-Zen ghadda il-gimgha chollha iaghmel preparamenti logistici sabiesc (a) iaghzel l-amara necessaria ghal post gdid non-fernisced, (b) jara mita se icun jista' jicri l-famigerata van ta' conforama (nota ed. Van illi ga chien suggett ta bollettin bicri minn Letzeburgu mita sergio "lo iettatore" portelli irnescilu iahbat b'uihed minnhom mita laqqas lahaqc hareg mid-depot tal-vannijiet) u (c) min se isuqlu l-Vann (deiiem hoping li ma jigrisc bhal ma gara lil sergio u ma jincorrisc €250 danni).

F'ispirattioni buddistika assoluta Iz-Zen lahac in-nirvana mistica tasc-scerrei alazobbu u ghazel bedroom Zen minghand conforma minghair ma cad ihabbel rasu duar cheil u iecch tochodsc fil-camra apposita. Sadattant il uisc mahbuba Gran Duchessa (mama) ta Lussemburgu ghogoba tiddecedi. Id-decess taghha chien ifisser naqa cumplicattioni fit-trafficu ghaliesc is-Sibt gie maghzul bhala ium il-funeral funebri.

Iz-Zen dagha (filuact li chien ched jisma sci melodija hlejja fuc il-Creative Zen li chien sctara via internet.)

Nhar il-gimgha, leiliet is-suppost traslocattioni u transubstantattioni (bil-complicita ta' Gakbu Sfigho bhala trakk drajver desinjat) iz-Zen jintlacat minn crisi mistica u jigih fraka ta dubbiu li il-bedroom maghzula ma tantsc tocod fil-camra tas-sodda tieghu. Dana ghaliesc anca ciecu tocghod ghandu s-suspett zghir zghir li l-bibien tal-guardarobba ma icunusc jistghu jinfethu. Icun ghalhecc li icempel lil GS u javzah li cabel il harga ser icollhom imorru iceilu fil-flett il-gdid.

SADATTANT il-humour taz-Zen ma tantsc chien seiier taiieb. Ghasc in vero stile taghha maghruf bhala "Quanno piove sul bagnato" id-dea bendata chienet baghtitlu surprise bil-posta. Iz-Zen chien ordna DVD proto-intellettwali dipressanti ta sci direttur sconoscut post-modern minn dauc li ioghgbu lilu biss (u forsi lil sci flett meit minn tieghu) izda fil-posta sab il-DVD li chien jismu "the Girl Next Door" – film fi stil ta American Pie!

U iz –Zen rega dagha. (filuact li baca probabilment jisma melodija hleiia fuc il-Creative Zen tieghu).

M'hemmsc sci nghidu. Il-humour taz-Zen scein ma chien ilahhac ma l-istilel u l-ammont ta' dagha taz-Zen chien issa uasal livelli Touret's Syndrome.
Ghalgrattiatalla il-move saret. Issa imkeiien mhusc confermati calulna li z-Zen chieghed ighisc haiia ta buddist eremit filuact li jipprova jirraguna chif ser iarma l-guardarobba. Pero ahna certi li iecc ma jirnescilusc iarma... talancas iarma.... jidghi!

GS

DDG
non gridare armadio se non ce l'hai nel sacco.

Karwosc Karwosc (a Mark Tale)

minn Marcovalden

Gakbu u Marcovalden rhewlha f' meno due temperatura fl-Alfa nhar il-Hadd li ghadda biesc joqtlu l-actar jum mishut fil-Letzeburgu li, ghallinqas malli tiscref kemm kemm miz-zentrum, kisu Albert Town bi nhar. Il-motivazzjoni inzzjali kienet fiera ta' l-ghamara antica f'Dippach, frazzjoni ta' frazzjoni ta' frazzjoni tal-Belt tal-Letzeburgu. Wara triq diritta minn geua l-kampi u lankas idea ta' fejn hi l-fiera (ta' min jghid li Dippach erba torok kisu l-Ghasri), icempel Mandru fuk il-mobbli ta' Gakbu biesc jghidlu li din mhi fiera xejn imma tavolina armata b'antikitajiet li l-actar prezz baxx jincorri l-elufijiet ta' l-ewri.

U mela lura. U naslu fl-istazzjon petroliferu ta' l-Aral, fejn Gakbu jiffansja kaddeiia Torca li pero ma kentix xoghol. Il-kaddeiia l-ohra jaghtu servizz tipiku luxo-frankeggjanti. Klippedfraziz li ma tifhimhomx, toni ta' herra, Marcovalden jistenna fi kju civili bi flixkun Vittel f'idejh u malli jmiss lilu, il-kaddeiia titlak u thallih hemm ghall-kwarta kisu losc. Fl-ahhar tigi u ssaqsih 'Pas d'essence?' (Xejn petrol?) u Marcovlden jghidlha 'Qu'est que c'est sens?', basta biz-zobb ta' 78/100 fin-Niveau 7 tal-Francis.

Gakbu jithaiiar ghal Karwosc (lavagg awtomobilistiku). Timidament, jersak lein il-kasciera ghax imueruer u jaf li d-Donna aun se ddeffes denbha. Uara li jisma' bl-acbar atttioni l-ispiega dwar il-come fare, it-tnein jidhlu fil-carozza u jistenneu fil-fila.

U jaslu quddiem il-bieb automatiku.

U xein.

Wara numru ta' minuti tual fi stennia agonizzanti, bil-fila waraihom deiiem ticber u tincazza (ala Luxembourgeois i.e. sottili u difficli tarafha hielf jekk tkun paranoiku cronicu bhal Marcovalden), Gacbu jkabbad lil siehbu biesc jara jistasc jaghmle xi hagia. Marcovalden, ta' piccolo chimico, li hu ibaghabas il-buttuni kollha fil-cmajra ta' kontroll biswit il-karwosc.

U rgajna xein. U l-Lussemburgizi jibdew johorgiu mill-vetturi wiehed wiehed jarau.

Valden jigri għand il-kascier li johrog jara u jkun se jakbad jghaiiat ma' Gacbu ghasc ma resakx bizzeiied 'il kuddiem. Eppure non si muove. Jidhol fil-kmajra u jinduna li kemm it-tbaghbis. Isaksi min, u Valden ma jirnescilux jaghmilha tal-fintu tontu, u jcollu jammetti ghemilu bhal tfaiiel imkarkac ta' l-iskola.
Fl-ahhar fetah u bdiet il-hasla.

Imma malli hargiu, indunaw li l-lavagg kien aktar kisu sputakkju kollettiv milli hasla kif tmiss il-ligi.

DDG
for the furniture luck not much
little wonder, village rhymes with pacc,
ahseb u ara in the car-uosc
think about it... rhymes with .....

lunedì, gennaio 17, 2005

Dittionario Fiammingo-Maltese

Jiddebutta haun Kurat van Buitengaats. Niehdu gost bil contributtioni tieghu mincheiia sci riferimenti scein graditi lein l-avucateriia u iggraduati mill-ghola schola geuua Bruges!

Woordenboek Brusseleir - Maltees / Dizzjunarju Brusseliz-Malti
ta' Kurat van Buitengaats

Gheziez qarrejja stimati,Mela tridu tkunu tafu li hawn fi Brussel (jew "Brassles" biex nghiduhabil-Malti) mhux biss hawn konfuzjoni lingwistika ta' Franciz u Olandiz(anzi Fjamming ghax nigi kkorregut ghalkemm huma l-istess lingwib'djalett differenti), hawn ta' l-Ingliz ukoll ghax ovvjamentghall-Inglizi u l-Irlandizi l-uzu kotidjan tal-Franciz hi non-issue,Tork, Sqalli, lingwi tribali tal-Kongo, l-Gharbi u hafna ohrajn.

U biex tghaxxaq, go din il-melting pot tbaqbaq u li xi minn daqqiettfur hemm il-Brusseliz (cioè l-Brusselwà, Bruxellois, Brusseleer,Brusseleir, etc). L-uniku post fejn ghadek tisimghu hu s-suq ta'l-imbarazz tal-Marolles (imma hu iktar normali tisma' Berber u Torkhemm).Izda ghall-pjacir taghkom il-Maltin li tigu hawn ghal meeting ta'jumejn u ma ticcaqalqux mill-kwartieri ta' l-UE imbaghad tmorru luratgergru li kollox griz u ufficjini biss jew l-istimati hbieb u kollegital-Lussemburgu, l'hekk imsejha "Maltin ta' Laksemmberk"(TM), lijaqbdu l-ferrovija u jigu hawn biex imorru l-Grand Place ghal siegha udritt ghal Zaventem (mhux il-villagg... l-airport) hawn huma naqrakliem ha tidhru nativi Bruxellois meta tigu haun

*Aarmoei
Idjota

*Afchrabsel
Tlaqqit

*Ajoen
Litteralment "basla". Pulizija

*Abrasmoker
Pretenzjuz (jew kif nghidu "jixrobha")

*Architek** ("Schieve architek" jekk trid izid aktar kliem)PeritBolleke vet, Dikke papzak
Ciccun

*Dikkenek
Litteralment ghonq ohxon. Pretenzjuz iehor

*Deserteur van 't kerkhof
Litteralment wiehed li qieghed jiskarta c-cimiterju. Tintuza ghal nies irqaq jew mixrubin (sickly).

*Potschaaiter
Litteralment "ghadu jahra fil-potty". Tintuza bhala term ta'endearment ghal tfal zghar (!)

*Pinkponkbeuze, Scheile
Wiehed b'nuccalli qiegh ta' flixkun li xorta ma jarax sew, tipo GeometraFilini.

*Honnedeef
Halliel tal-klieb

*Rotzak
Xkora zibel

*Schieve lavabo
L-iktar insult maghruf. Ifisser "loki mghawweg" u hi estremamentversatili - insult multi-purpose insomma - min iqabizzilek fajjarlu"schieve lavabo"

*Strondreimer
Litteralment "li jizvojta d-dranagg"

*Stommenboer
Bidwi bahnan

*Spring no't vet
Irqiq daqs molla

*Schramoelenbak
Landa zibel

*Trondboer
Bidwi mnellah

*Flessevringer, Genevelneus, Zatlap, Zattekul
Sakranazz

*Talurelekker van 't goesthoeis
Litteralment "jilghaq il-beneficcji ta' fejn jghix". Tintuza ghalbniedem li jghix minn fuq il-pensjoni tan-nanniet.

*Voeil tong
Ilsien velenuz - jivvinta l-qlajjiet fuq in-nies U l-iktar utili ghal avukati-lingwisti li jkunu jridu jkunu voeil tongu jxewxu kontra avukati ohra....

*Voeil avokaet
Litteralment "avukat mahmug/valenuz" imma tintuza ghal kwalinkwaavukat. Mhux billi ggradwat minn Bruges u x'naf jien - xorta "voeilavokaet" tibqa'

Hudu pjacir... u meta xi darba titilghu Brussel u tohorgumit-triangolu xoghol-turizmu ta' gurnata-ajruport (hah! fat chance!)tat-tripletta dannata Schuman, Grand Place u Zaventem qis li tuzaw dakli tghallimtu llum, ja balla trondmaltees.

Allez hein,Kurat van Buitengaats

*Ghalkemm ghal certi nies "il-perit" jew kien traditur jew salvatur (ughal ohrajn xejn minn dan izda wiehed li johodlok Lm160 biex idurlekdawra ta' 20 minuta mal-farmhouse is-Siggiewi u joqghod imiss it-travimeta jfettilu), ghall-Bruxellois dan insult. Jigi minhabba Joseph Poelart - dixxendent ancestrali metafiziku dirett ta' Richard England.Dan il-megolomanijaku ddecieda li jisfratta elf familja mill-Marolles biex jibni l-akbar Palais de Justice fid-dinja (kien infatti wiehedmill-akbar bini fid-dinja meta nbena). Ghalhekk il-periti - f'ghajnejnin-nies tal-Marolles - ghaddew minn nies kemmxejn irritanti ghalxjaten inkallati bl-ingravata, mustacci ppuntati u rutella zghirafil-but.

Talpa minn go Brussel -More about the JAM

Uaslet go dina ir-redattioni informattioni ulteriuri duar il visita ta' l-Onorewropew JAM u t-tomboleers ta' maduaru geuua Brussel. Inzrta li carrei tal-Bollettin chien prezenti mita il varii Grace, Meri, Joyss u anca Sssss chienu ched iaghmlu t-tour tal-Parlament Europeu. Haun taht nirriproduci silta mill-ittra illi bghatilna il corrispondent anonimu:

Kont qed naqra l-bulletin (il-famuz bulletin) u nidhaq ghax niftakar it-truppa willy wonkjana (izda minflok hwejjeg tal-folletti kellhom hwejjeg bil-fjuri, xaghar misbuh u riha ta' Malizia - iva anke n-nisa)ta' "tomblizi" meta gew izuru l- Parlament hawn fi Brussel ul-inkredulita generali tan-nies tal-Parlament. Kienu qishom hafna -turisti gappunizi (imma iqsar u b'inqas oggetti ghaljin JVC u ony maghonqom) jistghagbu b'kull ma jghid Attard Montalto u jirrepetu kliem differenti l-istess haga u jisvvijaw mis-suggett f'kemm ilinghidlek ...

Attard Montalto jghid - "hawn fejn nircievi l-postajien..."
"mela.. hawn ara jirceviha l-posta"
"u zgur... mela ...ikollu bzonn x'imkien fejn jircievi l-posta John... heqq mhux serjoqghod idur ghal posta hux daqs kemm hu kbir il-bini"
"mela mela. minjaf kemm jircievi posta kuljum... dawn eluf ta' ittri kuljum jircievuta"
"u zgur daqs kemm hu kbir il-bini"
"ilna nimxu!"
"issa mmorrunieklu Grace"
"hawn fejn tiekol hawn?"
"u zgur daqs kemm hu kbir il-bini"
ecc ecc

Hasseit li chelli nuasslilchom ichtar duar il bauscati ta' daun il visitaturi illi approfittau bil chebir mill edjukejxin visit gentilment provdut mill politicant di turno. Safrattant nibca inheggeg contributtioniet minn chull fein jonfhu l-irjieh u anca ibossu s-serafimi.

Sadattant nota di cronaca. Temp geuua letzeburgu : BOQQ
Ghaliesc boqq? Ghasc minn barra t-tieca ma tista tara scein. Scein Scein Scein. Haun cpar dens dacs ras gorgbusc. Uihed jista' possibilment jinza gheruien u jintefa' jiggerra f'nofs Place d'Armes go Lussemburgu Centre u hadd ma jinduna. Pero ontheotherhand anca mita ma jcunsc haun cpar ma jinduna hadd ghaliesc hadd ma jcun hemm fuc place d'armes.

ddg
in the parliament haphna nisa
uasal Johnn... ghamlulu l-uisa!

mercoledì, gennaio 12, 2005

Reclami

scerrdu il chelma
ichtbu lil shabchom.
ghidu lil chullhadd duar il bolletin sabiesc ichollna ichtar charreiia.
tuhom dana l-indirizz
http://bollettino.blogspot.com
u irracommandauh personalment

contributuri
infaccru lil carreia u osservaturi illi il Bollettin hua deiiem lest jilca contributtionijiet godda.
chull contributtioni irid ichollha sugget l-izvintura maghrufa ahjar bhala l-iSfiga. (toccamoltepelle)
ibaghtu chull corrispondentia lil jacqueszammit@hotmail.com u dina tinaghta l-attentioni scierca.

citattioni
nigbu l-attentioni ucholl illi il Bollettino della Sfiga giet iccitata fi blog maltija ohra ossijja il Wired Temples redatta minn sehibna Bert Micallef.
morru zuru is-sit u ibdeu mic-citattioni haun :
http://wiredtemples.blogspot.com/2005/01/dejjem-ikun-imbierek-morrissey.html

Sherwood u Jethro
inzidu ma' l-ismijiet perversi minn Malta... Cutugno gibdilna l-attentioni ghal
SHERWOOD SCIBERRAS (detto anche il foresta)
JETHRO SAMMUT (detto THULL)
hasra li l-cuniom Losch ma huiesc comuni fi Malta daks chemm hu haun fi Letzeburgu.

dak kollosc scbeiien
(that's all folks)

martedì, gennaio 11, 2005

Borra jew M'hisc scorta trid tnehhia

minn Gakbu Sfigho

Moyen gheziez

Nerga niccontribuisci minn geuua id-ducat illi bhalissa jinsab jibchi lil Gran Duchessa illi ilbierah ghogobha titlacna ghal haiia ahiar. Is-sena geuua lussemburgu tidher miescia taiieb. Il-uichend li ghadda morna narau haphna volleyball ghaliesc fit-turnament li chien haun geuua letzeburgu chien hemm ucholl Slovenia, Inglaterra, Lichtinxteinn u anca Melita jilaghbu. Provdeina sapport sieui izda mincheiia dan tliphna loghob chollu u ma hadniesc sett. Chien hemm mumenti però ta commottioni uact il-loghba Malta-Lussemburgu fein ancha improvizzaina il-canzunetta "Illeila go Rue de Strasbourg, nahsculchom il-mama!". M'hemmsc ghalfein nispecifica illi rue de strasbourg hija l-ekwivalenti ducali ta' stradastretta.

Sadattant geuua 22ruedebraganz uasal missiv minghand il-condominial committee illi chien jispecifica dauk il granet illi fihom Gakbu u Mandru huma mghammra li inehhu cualunkue borra li tcun uacat matul il-leil minn god-driveway, tarag u minn cuddiem il-garages. X'ifisser dan. Ifisser li fil-granet specificati iecc toghgobha taghmel borra, l-ahwa fil-mizeria icollhom icumu cmieni u bil-pala u sccora melh inehhu l-ingombru. Dana hua speci ta' roster. U bhal cull roster iehor jinvolvi element ta'... chif nista' nispiega... risq (sciorti). Trid tcun sciortic tajba li mita imiss lilec ma taghmilsc borra. Ghada hija l-euuel gurnata predestinata. 12 ta' Jannar. Gurnata ta' Santa Tatiana (chi é tatiana???).

Nittamau. S'issa ma chellna l-ebda indicattioni ta' maltemp.

S'issa.

Meanwhile taiieb li nghid li l-condominji taghna allokaulna ucholl id-29 ta' Frar. Peress li din is-sena ma hisc sena li taqbez (leap year) ifisser li ghallincas ghandna gurnata incas mill-incuiet.

Ha nhallicom ghalissa. Fingerscross u scongiuri varji ecc ecc.

GS

ddg
sciorta uahda icolloc tcum sabiesc tara wacasc snow
fingers crossed u toccapalle titlob li l-answer tkun NO!

venerdì, gennaio 07, 2005

PROTEST DEPORTIVO ESTUDIANTES FCC(&S)QC

HAUN TAHT IL-CARREIIA ISIBU ITTRA INDIRIZZATA LILL-MFA MILL-UFFICJALI GHOLIA TA' DEPORTIVO ESTUDIANTES FOOTBALL, CRICKET, CACTI (AND SUCCULENTS), AND QUIZ CLUB UARA EVENTI ILLI GRAU F'LOGHBA TAL-FUTSAL LIGG. INNOTAU IR-REQQA ILLI BIHA DOTTOR AVV TUFIGNO GIBED L-ATTENTIONI GHALL INEZATTEZZI U NUQQAS TA' FAIR PLAY LI REFERIN ALBANIZ GHOGBU JIDDERIGI LEIN DEPORTIVO. ICHTAR DUAR DINA L-ISTORIA F'EDITTIONI OHRA TA' FURIA NERA.

L-Uffiċjal Inkarigat
FUTSAL League
Malta Football Association
Triq San Pawl
Valletta


Sinjur,

Nikteb bla preġudizzju għan-nom tad-Deportivo Estudiantes F.C.C.Q. team reġistrat fit-Tielet Diviżjoni Grupp B illi illum stess kien skedat biex jilgħab fis-1830 ġewwa Ħaż-Żebbuġ kontra Datastream F.C.

Numru ta’ players tad-Deportivo Estudiantes waslu ftit tard għal dil-logħba, dana minħabba l-maltemp li qala’ ċerti problemi fit-traffiku fit-toroq li jwasslu għall-pitch ta’ Ħaż-Żebbuġ, bħal per eżempju fl-iMdina By-Pass kif ukoll fi Triq l-Imdina bejn Ħal Qormi u Ħaż-Żebbuġ fej għal xi raġuni t-triq ġiet ridotta għal karreġġjata waħda biss u dan wassal għal konġestjoni kbira fil-jum tal-logħba. Il-players li waslu tard kienu ġejjin minn dawn l-akkwati.

Illi meta jiena bħala waħda mill-persuni responsabbli wasalt fil-pitch ġejt meħud fil-bar minn wieħed miż-żewġ referees għax qalli biex immur hemm ħalli nikteb l-ismijiet tal-players li kienu preżenti. Meta tlabtu jagħtini xi ħaġa biex nikteb biha, qalli li m’għandux. Evidentement ma kienx qiegħed jgħid il-verita` għax ir-regolamenti jeżiġu illi r-referee ikollu mqar lapes jew biro miegħu ħalli jikteb l-iscorers jew il-players ammoniti waqt il-logħba, jew inkella jekk kien qed jgħid il-verita` kien negliġenti u nesieha.

Dan il-fatt juri biċ-ċar illi sfortunatament din il-persuna riedet tapprofitta mir-ritard żgħir tagħna biex waħda mil-logħbiet (waqt li kienet nieżla x-xita) ma ssirx.

Tant hu hekk illi meta rnexxili nġib biro mill-bar dan l-istess referee, li jidher li huwa frustier, urieni l-arloġġ tiegħu fejn dan kien jimmarka 9:09, kien kronometru (stopwatch) u qalli li qed jagħtina għaxar minuti ‘grace’ u li minnhom kien biss baqa’ pratikament l-aħħar minuta u kien ser joħroġ mill-bar u mal-egħluq tal-għaxar minuti isaffar walk over, u dak il-ħin ħareġ dritt mill-bar segwit minni.

Malli ħriġna mill-bar sibna quddiem wiċċna ir-raba’ player tagħna li wasal qabel ma għaddew l-għaxar minuti li dan ir-referee iddeċieda jagħti.

Dan ir-referee madanakollu, u minkejja l-fatt illi l-avversarji tagħna b’veru sens ta’ sportivita` qalu kemm lilu kif ukoll lir-referee l-ieħor illi kienu lesti li jilgħabuha xorta din il-logħba, baqa’ jwebbes rasu u jippika magħna qisu għandu xi ħaġa personali kontrina.

Tant hu hekk illi għalkemm ripetutament ġie mitlub illi jibda l-logħba kompla jwebbes rasu u jitlob il-formula biex ikun jista’ jippreżentaha mar-rapport.

In miglior ipotesi dan l-aġir jikkostitwixxi nuqqas ta’ pratiċita` u ta’ sens ta’ x’inhu sport. Kienet ġurnata ta’ xita, u kull min kien ġol-pitch kien jaf illi kien hemm ħafna traffiku.

Il-formula lanqas biss tani ċans niffirmaha jew nimla l-ID Cards tal-players, tant kien ħerqan li jkollu karta f’idejh li turi li kien hemm numru żgħir ta’ players.

Dina mhix l-ewwel darba li jinqalgħu diżgwidi. Sentejn ilu, f’ Ħaż-Żabbar, meta f’logħba minnhom ma ġiex ir-referee, lanqas biss lissinna kelma.

Is-sena l-oħra, meta tlifna logħba għax ma attendejniex meta ma konniex nafu bid-data l-ġdida (ta’ logħba li kienet ġiet rinvijata mill-programm oriġinali) u li dwarha qatt ma rċevejna d-data, lanqas biss irċevejna imqar acknowledgement mill-MFA dwar il-complaint tagħna. Ma għidna xejn.

Pero` f’dan il-każ jekk il-logħba skedata biex tintlagħab illum l-10 ta’ Diċembru 2004 ma tingħatax data oħra biex issir, din tkun inġustizzja sportiva.

Ma għandiex tintuża fiskalita` eżaġerata f’logħba tat-tielet diviżjoni fejn it-timijiet huma kollha ta’ indole amatorjali u fejn il-logħob jintlagħab ġo pitches li għandhom daqs altament divers minn xulxin, ghax jew ser inkunu fiskali u preċiżi fuq kollox bil-pinna u l-klamar, inkella ser inkunu raġunevoli u nieħdu ħsieb li kulħadd jieħu gost, speċjalment considerando l-flus li jitħallsu għall-parteċipazzjoni.

Barra minn hekk ir-referee tana għaxar minuti biex naslu u nkunu nistgħu nibdew, u qabel ma għalqu l-għaxar minuti kien hemm players biżżejjed biex tibda l-logħba.

Dana l-istess referee meta mitlub jidentifika ruħu irrifjuta li juri tali identifikazzjoni u qal biex nistaqsu lill-MFA.

Illi r-reazzjoni ġiet ipprovokata kompletament mill-attitudni altament intransiġenti u ta’ nuqqas ta’ djalogu li assumew ir-referees, tant illi għalihom aħjar tovertakeja l-karozzi u tqieghed fil-perikolu l-ħajja tan-nies ta’ madwarek biex ma tasalx tard ghal logħba futbol tat-Tielet Diviżjoni tal-FUTSAL.

Għan-nom tad-Deportivo Estudiantes F.C.C.Q. għalhekk nitlobkom illi, waqt illi tikkonsidraw dak li hawn miktub hawn fuq u mhux biss dak illi żgur sejrin jiktbu ir-referees fuq ir-rapport tagħhom għaliex fl-aħħar mill-aħħar dan huwa dmir ta’ kull min jiddeċidi, tordnaw illi jiġi iffissata data oħra biex tintlagħab l-ewwel logħba bejn it-team tagħna u id-Datastream F.C., u li fi kwalunkwe każ u għall-ġid ta’ kulħadd iż-żewġ referees li kienu responsabbli llum ma jerġgħux jiddiriġu logħob ta’ l-istess Deportivo Estudiantes F.C.C.Q.

Nirringrazzjak.


Avv. Antonio Tufigno

Mis-sena l-ohra -leila parti go letzeburg

Chiehed inzid din il-bollettin mincheiia li inchiteb fis-sbatasc ta decembru tas sena uscscenti ghasc issa siptu fil-kaxxadiehla (inboks).

minn Marcovalden


Issa li ghadda l-hanimuwnpirjid il-Letzeburgu u kollosc jibda jissetilja fit-trantran mondan taht scita, silg u sema dghumi u clampu, ma jibqax l-ecitament ta' l-ekspatt izda tidhol il-melankolija ta' l-emigrant imsiefer wahdu.

Tant hu hecc li ghadna mmorru l-Foyer, post ikreh pesti riservat esklussivament ghall haddiema ta' l-Awropa li jbiegh scorb irhis u li jdokk tahlita orripilanti ta' l-aghar diski minn xi tejp mhallat minn bniedem banali bla gost muzikali. Filli jkolloc l-Ejsidijsi u filli l-JuTu u baghad
sforz poppesk franciz li jiscraq biss lil plejers tar-ragbi hara u kategoriji mseicna ohra.

U nsomma...biesc nibqghu niggranfaw man-nostlagija bikrija, ergajna zorna (quasi wijkinwijkawt) jiena, Gakbu S, u Nino (OJ Degabriele) U chien hemm dwejjak bil-bosta.

Tfailiet koroh mietin ghal neika.
Irgiel boloh meitin ghal neika.
Ex-blokkisti Tcechi u Pollakki jsiru hara, ma jifilhusc isc-scorb.
Marek ic-Cek iqlaebb fil-gkiket kollha sabiesc isib tiau, jilbes wahda bi zball, u sida legittimu jinkorlalu biesc inehhiha.
Marekic-Cek jiscuttja siggu.
Marek ic-Cek jisrak il-birra ta' l-Ispanjoli u jgibilna fuk il-meida, u l-Ispanjol jihoderjalu u ikkagalu fl-ostia.
Il-barman jaghlak kmieni, kisu zobbi, biex jokghod jispara bil-woterpistil lit-teknixin ta'l-it li jinza bil-flokk ta' taht.

L-Ispanjoli ma jistawx jaraw mara. (Alkemm hemm nisa jokoghdu ghax ihobbu l-attentioni, u hemm min jinharak u jincazza jara l-barrin jiddendlu u jiggranfaw).

Gacbu S. kien sensittiv hafna u beda jkabbel lil culhadd ma zobbu.
Nino inkredulu u ciecu seta kien iscarrabha lil xi hadd.
Marcovalden (l-artist mhusc mifhum) jirrumina biex jirregistra dan l-avveniment infelici ta' dueiiac, cruha u anitpatia inebriata.

Nifhem li din hija l-aktar twissia sottili li qatt tat id-Donna Bendata bhalliciecu xi kontrappassu li ghad irridu nbatu.
Alla jibghatilna taiba.
Il-cumplament lil istmati karreia tal-Bollettin.


DDG
deprimenti it was wisq
sena gdida... iggib risq?

lunedì, gennaio 03, 2005

Sena Prolifiqua ecc ecc

Ir-redattioni tal-bollettin tisctiec sena niecsa mill-ghauc lill carreiia collha tal-bollettin. Taugura rebhiet trionfali lid-Deportivo Estudiantes u tittama li chulhadd icollu avanzi sbieh fil-haiia.

B'solidarieta mal-vittimi fis-Sud Est Asiaticu ma humiesc se jinchitbu graiiet li sehheu bein il-Milied u l-Euuel tas-Sena. Ghaliesc chulltant id-deni ta' haddiehor jiffocalec seuua il-perspettiva fuc id-deni li jigri lilec.

Je vous souhait un Bon Noel et une Bonne Annee!
GS