il bollettino della sfiga

giovedì, giugno 30, 2005

L'eremita tal-Crendi fl'Awropa mfissda

Iirrapporta Toninus Caxaro

N.Dr. Iiddebutta haun sfinchronista gdid. Toninus Cascaro detto Twannie meta icun hemm bzonn ta' ghaggla fil chelma.


Ighidu li l-ftira shuna taiba, imma deiiemtaghcom (yours truly) cieghed fuc dieta u l-ftira la shuna u lancas chesha ma iista' iicholha... dil-chronacha casira taz-ziara tieghu Benelux geiia tard ghasc mischin dan l'ahhar chellu hafna sc'iaghmel u sc'iheuden. Imma chif ighidu l-Malti u bosta ilsna ohrain, ahiar tard milli catt, le?

Mela, chollosc beda nhar is-Sibt 11 ta' Guniu meta Caxaro chellu iircheb l'airuplan ghal Brussell u sctac iistudia l'ahhar ftit sighat cabel l'ezami li chien ser ichollu iumein uara, imma ghat-tielet darba f'scahrein stenbah b'infettioni f'ghainu l-leminiia u bl-istress u r-rabia li chellu sehet u dagha chontra d-donna bendata, cabad l'izveliarin u uaddbu chontra l-mera tal-guardarobba. [N.Dr. Il carreiia huma imprecati illi imissu il cabasisi ieuilla iaghmlu talancas chrun] Issa schond is-superstittioni (ieu sub-stittioni ghasc daun it-teoriii iafu ichunu andergraund) suppost bacghalu 2540 iiem ta' ghachs... imma mincheiia li ma ghaddiesc mill-ezami (b'scorti hazina t-test chien legali-economicu u mhusc 'generali' chif chien imhabbar ufficialment... il-clauzoli sospensivi sci z-zo** ichunu? Hemm bzonn actar prattica insomma), uact il-maura tieghu ha hafna gost u dahach bil-calb. Fortunatament siegha cabel ma tfacca l-mitiar seta' imur ghand it-tabib Sacco cugin tan-nanna u bit-tactir li tah beda iara u ihossu ahiar, u actar u actar uara n-naghsa li ha mill-Alpi sal-fruntiera tal-Belgiu.

Brussell, ieu Chiecu-land

Chiecu-land ghasc il-probabbiltà li Caxaro iispicca iahdem fil-belt capitali ta' l-Awropa hiia mbieghda uisc, ghall-incas fil-futur carib. Ghogbitu imma... belt imleuna hafna, bi bosta chuartieri differenti u cosmopolita dacs Madrid ieu Londra. Belt spaziuza ucholl, ghasc it-toroc uiesgha u l-bini l-chbar mhumiesc chollha mgeddsin cacoccia (cioè qaqocca... arah, mohhu deiiem fuc l-ichel!). Imma l-achtar li ghascscac lill-cronista msemmi chienu t-tram li fachchru dacsscein fis-saudade ta' Lisbona, u specialment il-cumpaniia li chellu: il-Kurat von Buitengaats (fl-ahhar Caxaro scopra li dan mhusc cartun imma tad-demm u l-laham), Mjolk, Petrus Melchius u l-Ereticu Polifaceticu... iigifieri mhusc ta' hafna ucuh imma ta' talenti variati, fosthom il-graffiti fuc edificii abbandunati simboli ta' dan l-imbierec paiiiz li ghandna.

Il-Kurat digà ghogbu ielencha l-graiiiet li saru fl-inhaui ta' Berlaymont, ta' l-Iscarpan (Schu-mann) u ta' Dardar Malta, u allura ma tantsc hemm sc'inzidu. Biss nistghu nghidu li giet icconfermata l-memoria casira proverbiali ta' Caxaro billi chellu iistacsi lill-Kurat u d-dolce metà tieghu mhusc incas minn seba' darbiet sc'chien iisimha din l'istruttura tal-fantascienza. Atomeur? Euratom? Le scbin, ced thauuad ma' dac li studiait fuc l-istoria ta' l-UE (ghasc Euratom = European Atomic Energy Community, li m'ghandusc sc'iacsam ma' l-atoms XML li minn ftit taz-zmien 'l haun ghall-bloggin saru cishom l-hobz ta' chulium)... Dan il-monument fil-fatt iismu Atomium.

Id-donna bendata regghet ghamlet prezenza fil-chlinich fein it-tradutturi candidati chellhom iissottomettu sidirhom uiehed uiehed ghall-ecsrei. Caxaro dahal l-euuel u uara l-ecsrei calulu li chellu iistenna fil-ueitinrum sachemm iiccecchiau li l-istampa chienet tidher seu... iocghod iistenna, uact li nies ohra iidhlu iaghmlu l-istess ecsrei u iintcalilhom li iistghu iitilcu minnufih... tghaddi cuarta, nofs siegha, tliet cuarti, u fl-ahhar iibcghu Caxaro u tliet candidati ohra iistenneu il-conferma halli ibeugu 'l hemm. Iibdeu iistacsu 'l sculscin: ghaliesc nibcghu ahna u l-ohrain le? Deiiemtaghcom iasal ghall-concluzioni plauzibbli u pplauzata li dana chien ced iigri ghasc l-erbgha li chienu peiiiepa u sc'achtarsc li l-pulmuni taghhom chienu mcaipra u inadatti ghal post ta' funzionariu ta' l-UE... imma Alex li dahal cuazi ta' l-ahhar ghasc chuniomu iibda bil-V u li milli nafu huua ucholl dacsscein ta' dilettant tad-duhhan heles malair u t-teoriia ta' Caxaro tfarrchet uara ftit minuti. Fl-ahhar alla ibierech irrizulta li ma chiensc hemm loc ghall-allarm u hareg it-tabib biesc ighid lill-erba' sauuiema li setghu iitilcu, u TC seta' ipascsci lill-istonchu tieghu b'zeug croissants u zeug espressi Kimbo –caffè Napoletano li hu l-favorit tieghu– fit-terrattin ta' cafetteriia li sab b'cumbinattioni faccata l-oftalmologu (speci ta' mad professor li tah l-ahbar taiba li l-conguntivite cuazi chienet tfeicet).


Paiiiz de Luxe, ieu Cucu-land


Uuuu issssaaaa hallich minn Brussell, Twan! Sci gmiel ta' post, specialment ghal min ihobb il-chuiet, l-ispazii miftuhin, il-hdura... Cucu-land ghasc iecc tcun fil-Place de Guillaume u tisma' l-cniepen tal-catidral ghall-euuel darba probabbli li tinfescsc tidhac bil-muzica donnha mahruga minn sci hrafa ieu appuntu minn sci cucu-clocc, ieu uahda minn dauc il-cascsci muzicali li malli tiftahhom titla' ballerina ddur iddur bil-mod il-mod. Paiiiz de Luxe ghasc collosc nadif tatta bhallichiecu l-belt collha chienet lucanda ta' hames stilel... sahansitra fis-subway ta' l-istattion iismu Hamilius (mhusc Hamallius) ma tara l-ebda nitca hmieg. Issa mhusc talli Caxaro ihobb il-lussu ghasc actarsc huua bniedem semplici... forsi f'dan il-post chien hassu comdu ghasc il-belt tal-Lussemburgu tant hi zghira li cisech tista' thaddanha collha, u chif darba cal Umberto Eco, «occorre crearsi delle costrizioni per poter creare liberamente». Haga li ma tfissirsc li ma ihobbsc ucoll il-bliet cosmopoliti, imma fein icun hemm hafna affariiiet ghaddeiiin hsiebu actar icun iista' iintilef, uact li f'spaziu limitat ihoss li iista' iicconcentra ahiar. Is-sabih ta' dan il-micropaiiiz hu li iecc trid tivviaggia ghandec hafna mobbiltà... u iecc ma tmursc fuc trein ieu aiurplan, issib bosta nisa sbieh u intelligenti b'carotta (cioè auto mhusc zunnariia) ta' l-ghageb.


L-antisfigha: Caxaro inzerta temp bnatti li dam ghall-hamest iiiem li baca' hemm, barca meteorologica li milli iidher tasal il-Lussemburgu biss darbtein iecc mhusc tliet darbiet fis-sena. U paradossi della vita, dac li siefer lein it-Tramuntana ta' l-Awropa mar lura l-Blata dacsscein actar smaiiar milli chien.


Uara icla pantagruuelica (jarret de porc) l-euuel gurnata hdein isc-scmara Alzette fil-cumpaniia helua ta' Gakbu Sfigho u Marcovalden, bdeu il-campiunati ta' diversi tipi ta' loghob, mirbuha cuazi collha minn hadd incas minn dac li minghalih huua Lo Re. Caxaro chellu fucu l-hin collu s-sahta tad-donna bendata: fil-biliard tilef darbtein ic-cans li iirbah lil GS; f'partita futbol ta' incas minn zeug minuti uegga' rcopptu u ghadu bil-gerha sal-lum; gie l-ahhar ucoll fil-carti tad-dinosauri (issacsunisc chif spicciaina nilghabu dil-loghba); fl-euuel loghba ta' Scrabble gie t-tieni ghasc ic-ciampiin ta' cuazi collosc permett ta' certi chelmiet ezotici ghall-ahhar chellu bosta actar punti (imn'alla ma laghbniesc bil-Latin ghasc chien itina scebgha ta' biiondbilif); u fil-calcio tal-magna (Fifa 2005) actar fantascienza, il-Man Utd iitilfu contra l-Udinese!! Tat-tumacc (too much) ostia!


Sfortunato nel gioco, fortunato in amore? Leeeee! A cagare! La stagione della sfiga viene e va, ma la stagione dell'amore non arriva mai... darba minnhom fil-Place d'Armes tigi tpoggi hdein Caxaro tfaila Taliana b'uicc cuazi angelica, tbissima sahhariia u lehen helu dacs l-ghasel... din tista' tcun esagerattioni dovuta ghall-marguerita li chienet ced tinsctorob dic il-leila, imma insomma, collosc chien miesci harir, TC u t-Taliana sbeiha hadu gost iitchellmu fuc collosc u fuc scein, it-tfaila uriet id-dizappunt taghha meta semghet li l-eremita tal-Crendi ma chiensc ser icun hemm fil-festa ta' tliet iiiem uara fuc il-pont (li cumbinattioni chienet tinzerta f'gheluc sninu, sc'gharucaza!)... sachemm il-conversattioni b'sci mod iddur fuc il-calcio u Caxaro iistcarr li ma iahmilsc il-Milan ghasc huma ta' Berlusconi, u l-Meneghina ta' banchiera siniura li hi tiehu ghaliha... u ftit uara araha terga' lura ghall-Opel Tigra u titlac 'l hemm ghal deiiem ta' deiiem amen.



Min hu fresh in love (espressioni mhaddma min sieheb Isloven li wasal fuc isc-scena wact li GS cien qed ibus id-dolce metà tieghu), min ghandu l-flirt fatigue, min ghandu l-moffa ticber f'calbu...

Sfigati ohra li grau matul iz-ziara ta' Caxaro l-Lussemburgu:

? Il-mitrah tant iccelebrat f'din il-bloggata (il-Blow Job) iirtab bil-ftit il-ftit u darba minnhom TC iizloc u cuazi ihabbat imniehru ma' l-art

? Venerdì diciassette, serata ta' uens, hedla u telca fil-Place d'Armes u zeug garar marguerita, sieheb Daniz iscarrab il-calziet tieghu bil-birra u biesc tghascscaca iigi ghasfur iahra sfacciatament fuc il-glecc li chellu mdendel fuc is-siggiu ta' magenbu


? Caxaro ta' ciuc li hu fil-gnien ta' uara Casa Sfigho ihalli t-telefon tal-but fisc-scemsc tacli l-grieden, l-imhuh u s-silicon, u b'hecc l-imbierec gagit iithassar ghalcollosc

? Sabato diciotto, id-dolce metà ta' Gakbu Sfigho hi u geiia lura l-Lussemburgu minn Franza fuc l-autostrada tispicca minghair petrol... immorru sa pompa tal-petrol u nisctru recipient tal-plastic li GS imbaghad ifauuar u iimla ideih bir-riha tinten tad-dizil. Ahna u nfittscu l-carotta (auto mhusc zunnariia) ta' M. nintilfu f'nofs il-campania sachemm fortunatament insibuha bl-addocc u collosc iispiccia b'uicc il-gid. Fil-hanut tal-petrolsteiscin TC iapprofitta ruhu biesc iisctri flisccun amaretto li dac il-leil stess ispirah biesc rebah it-tieni loghba ta' Scrabble (yesss!!!!), li fiha MV iigi t-tieni u GS, sultan abdicat, iigi t-tielet (ieu l-ahhar?)

? Din mhisc propriament sfigata imma haccha menzioni ghasc veru tad-dahc... uact episodiu tal-Commissario Montalbano, il-carattru Catarella iaghmel leil shih iezamina l-fails tal-compiuter ta' uiehed mis-suspettati, sacemm Montalbano iiftachar fih uara tlugh isc-scemsc u imur ifittscu.


- Allore, checcosa hai truvate?
- Cose pastase Commissario! Uomini con femmine, femmine con femmine, femmine con annimaaali!!



Ftit taghlimiet miz-ziara:

? Iecc tiecol chebab bis-sauce andalouse cis li tmur tahsel snienec minnufih halli ma ddeiiac 'il hadd bir-riha tat-teum

? Iecc ci provi ma' banchiera siniura Taliana minn Milano tghidilhiesc li inti contra l-Berlusca ghasc abbli tiehu ghaliha... avolia iecc din tissimpatitta ma' dac il-halliel u purcinell ahiar ma tipprova scein

? Iecc tidghi bil-Malti fid-diutifrì ta' l-airuport ta' Brussell ghasc ic-cicculata li cont ueghidt liz-ziia tisua ictar mid-doppiu ta' dac li cont sthaiiilt, cun zgur li ma hemmsc sci Malti cribech... fil-caz ta' TC chien hemm tnein, uiehed donnu professur universitariu scanta seu uact li l-iehor donnu cabel ma' l-invocatur ta' l-ostia u taz-zo** ghasc infescsc iidhac

? U fl-ahhar, iecc sci darba tilghab sci loghba ma' Gakbu Sfigho aghmel cull ma tista biesc tirbahlu ghasc donnu l-ciampiin ta' collosc!
Detto del giorno:

Min iitma fit-tama
it-tama tcarrac bih,
iaghmel ir-rih fil-bomblu,
iahseb li isiefer bih.

Sachemm Toninus Caxaro ierga' isiefer b'Malti (u Bollettinesc) actar zviluppat u b'actar tama li ighaddi mill-ezami.

U fl-ahhar imma mhusc l-incas, TC iisctiec iiehu l-occazioni biesc iirringrattia lill-bloggin ta' barra ta' l-ospitalità cbira taghhom.

Ad altiora semper e nun me scoccia', 'a maddunna bendata il cuor ti spaccherà

martedì, giugno 28, 2005

Ittri lill-Editur

Irceveina geuua r-redattioni ta dana il gurnal ittra ta' protesta illi ser nirriproducu haun taht. jidher illi sci hadd iddarrass mita ismu zdied ma dauch illi ahna insibu strambi geuua Malta. Iddarras ucholl mita ra il mod chif ahna nichtbu il Malti. Dan il persuna li jichteb fit-Tajms chalilna li ma nafusc nichtbu Malti seu u ched inuacchu il lingua ghaz zjufjett. Insomma... inhalli f'ideichom tevaluau... safattant inueghdchom li compendium ta' mini sfighati ched iingabar u dact iigi ippublicat.

L-Ittra (minghair ma ntmesset mill-editur (igifieri SIC)):

L-ewwel net, ahjar titalmu tiktbu bi-Malti, mhux qed twaqqaw il lingwa taghna ghaz-zufjet!
U jekk dak li kiteb fuq ismi jideirlu li hu tac cajt, ejja u qjdli fwicci, jew jekk int dadsek 'pastiz' u bibza, ibatli e mail fuq '*********@hotmail.com' u nitkelmu bhan-nies, jekk taf kif.
Holger Camilleri,
Valletta,
MALTA
(U kburi!) biex nidentifica lilli innifsi ahja, dak li jikteb fit-Times of Malta.

L-indiritt email gie censurat sabiesc hadd ma tigih l-idea helua li per ezempiu iispiega lill Holger li filuacht li l-lingua taghna hija caita u ludica il-lingua tieghu hiia mimliia gheltiiet. Fl-ahharnett niftah domanda miftuha... Ezattament... X'inhi bibza?
ISSA DADSEK

venerdì, giugno 17, 2005

Venerdi Diciassette

Inaghlcu geuua. Tohorgusc iecch ma hemmsc bzonn. Illum iumHA.
Dacshescc ghasc ghidna izzeiied. Ghiscu bil galbu u tittantausc isc-sciorti.

Image hosted by Photobucket.com

giovedì, giugno 16, 2005

L-asbestos ta' Xengen

jirraporta Kurat van Buitengaats

Fl-ahhar grupp ta' erba bloggin iltachu wicc imb'wicc (u bi sfortuna chbira ghal tnejn minn dawn, l-ohrajn chienu ghadom chem jispiccaw jiechlu kebab u b'hech chellhom alito nachra pesantuccio)

Biss scorta saru sci attivitaiet flimchien. Fost dawn chien hemm:

  • Spechulattioni dwar min ser ichun ir-rebbieh fl-impromptu wrestling femminili (inchluz il-pulizija) f'bar tat-titotla vicin fejn noqghod jien bejn wahda fis-sachra u l-mara ta' sid il-bar. Sid il-bar u l-mara tieghu dehru jilghabu l-karti ghall-flus wara li telchu hafna mill-chliienti.
  • Miscia ta' ghaxar minuti sabiex naraw il-mammelli tal-plastich ta' zewg nisa tal-polyfoam f'Dar Praga.
  • Miscia ta' ghoxrin minuta biex naraw ix-Showroom ta' l-Asbestos (maghruf ucholl bhala Dar Malta), fejn ichonfermaina l-chruha leggendarja ta' dan il-bini, u chonna mini-vandali bhal hafna Maltin qabilna, bl-uzu ta' semplici biro. Ta' min ighid li l-incharicat ghal chitba, it-traduttur-traditur Alex, li f'ferneziia ta' chitba, chiteb "bil-bini" minflok "mill-". L'ghosc.
  • Barra minn dan, minhabba problemi personali, chiteb ucholl Xengen minflok Schengen u b'hekk ittrasporta l-villagg lubien fuq il-fruntiera Lussemburgiza ghal Corfu. Dich, ichonna namettu, chienet mossa sabiha.
  • Kienu hawn
  • Jitnejku
  • Mistoqsiiet dwar chif tippronuncia "Gybexi"
  • Chliem mhusc scieraq mlissen b'certu violenza chull darba li iissemma il-Ftehim ta' Schengen (ghal ragunijiet li ser jibqghu interni ghalissa).
  • Ilmenti dwar il-Lussemburgu ta' min kien jghix hemm u choncernazzioni ghal min jista' jchun jispicca hemm. Il-famuz cahhad "mhuz hazin daqs kemm jghidu ta!" harget minn fomm n-Naduri u l-Karkariz bosta drabi.
  • Difiza non-stop ta' chull aspett negattiv tal-belt kapitali ta' l-Ewropa u stejjer long-winded li ma jispiccaw qatt dwar l-istorja ta' Brussell kortezija ta' yours truly. Altogether now - fl-1123, wara li l-Awstrijaci invadew il-forti ta' Van Kortenberg, ir-re Sigfried... (zzzz)
  • Chonferma li Pierre ma chienx qed jitnejjech meta chal li l-Virgin Classic Rock Radio hu r-radju favorit tieghu. Rimarcha li waslet biex jitpitter disgust palpabbli, u chemscein snobby, fuq l-ucuh ta' Gybexi, Alex u Mjolk. (Rajtech Alex, ejja!)
  • Nuqqas sorprendenti ta' nostalgia jew romanticismu dwar Malta.
  • L-eschlamattioni ta' Foucault li l-ischeiiel qishom habs giet ichonfermata minn espert fil-materia, is-Sur Cassar, li ghadda ichtar zmien milli suppost iaddi bniedem uman f'boarding school (ie, ichtar minn jumejn). Respect.
  • Tgergir chostanti u bla waqfien, stil Kurt Cobain wara li habat subajh iz-zghir mal-chomodina, tas-Sur Alex dwar l-Awwropa mfissda (anzi Oww!ropa).
  • Astinenza kwazi-Luterana ammirrabbli ta' Twanny u Alex fil-chonfront tal-birra, fil-paiiz tal-birra, minhabba ezami medichu l-ghada.


Tragica foto della serata:

gybexi, alex, pierre, twanny

sabato, giugno 11, 2005

Sfig*perejd (topp tenn sfi*a songs)

Bdeit nichteb din il bloggata sabiesc ninforma lil carreiia illi ir ritiratti li ittiehdu wacht in nefha bla tmiem (ara bloggata cabel din) geu riclassificati mill categoria PERISHABLE GOODS ghal categorija PERISHED GOODS (aka feinilmadoncimarru). Sabiesc pero dina il bloggata ma tcunsc saret ghal scein sctact inniedi competittioni helua ohra. Chull min ilu isegui il Bollettin haphna haphna iaph illi conna uihed mill gurnali bicrin illi chellna Premiu. Dan chien il Premio Sfi*a 1999 (ara edittioniiet passati tad-99).

Ghal din id-darba f'sens ludicu u bi spiritu ta' tghallemidhacbichinnifsech (hecchjeubhecchchulhaddsciortaiidhachbich) ched inniedi competittioni ta' cantone della sfigha. Ghal din il competittioni sctacthom tinnominha canzunetta famuza illi tibdlulha it-titolu sabiesc taccomoda eventi/il persunagg tad-donna bendata.

Per ezempiu:
B'dan ir-ragunar isiru daun i-tip ta' canzunetti:

Questo e' lo sfi*ato del mondo *jovanotti
The Power of Sfi*a *jennifer rush
L'Inno del Corpo Sfi*ato *benigni

so on and so forth.
Iecch tridu tcunu intraprendenti tistghu anci tazzardau tichtbu zeug versi alternattivi stile:

La Canzone della Sfi*a (Battisti)
Le bionde treccie gl'occhi bendati e poi
tengo due corna grosse...

Nahseb fhimtu. Jiena seiier camping geuua Contrexville Franza fein convint li se icholli bosta steiier biesc naggorna il Bollettin. Nittama li tcunu inventivi u creattivi. Niehdu gost li mrcovalden chiehed diga sc'imchien Dinant il Belgiu u allura mhusc se ichollna sottomissioniiet wankellectual b'canzunetti tal Morrissey.

DDG
L-isem biddel tac-chanson
Bhala premju hemm biss tres bon!

PS Ir-ritirtti instaghbu fil-casca FOLDERLIEHORLGHOSCSC arauhom haun taht

venerdì, giugno 10, 2005

Nefha bla tmiem (Blow Job)

IS-SCIRIA
Sci gimgha u nofs ilu il corrispondent umli taghcom chien ched iipprepara ghal migia ta' tnein minn shabu italiani heuua letzeburgu. Minhabba illi dan l-ahhar chien safa soleowner ta 22ruedebragance uara li mandru telac lein pastures new, gs ma chiensc ichtar provdut bil-letto di riserva maghruf ucholl bhala futon ikea dauaballa. Chien ghalhecc illi bdeu pianiiet sly ta' chif bi ftit flus gs seta iatretta ruhu ghal chull visitin li iista' igib mieghu ir-rih lein letzeburgu. Fi ftit chliem l-eroi taghna chellu bzonn isib sci sodda ieu tnein spare fein seta iitfa chualuncue mistiedna li iinchaleu.


L-optioniiet chienu varii:


Seta per esempiu ionfoch somma helua ta' maduar 200€ u iohrog bi "clik-clak" (terminu franciz ghal sufan convertible) li chiesu hareg mis-set ta' Sibtiiet Flimchien u maghzul appositament minn Norman Hamiltom (minghair it-Tours). Izda peress li GS ghandu gosti ferm ichtar elevati milli nghidu ahna bhalperezempiu Alfred Zammit tas-superwan din l-option giet sorvolata bi zbrisc.


Seta ucholl ionfoch somma helua u iisctri folding beds li mita ma iintuzausc iintefghu fil cantina ta ruedebraganz izda daun dehru bhal speiiez zeida overandabove in-necessariu (chif chienet tghid omm georgepullicino mita tmur tisctrilu hueigu).


L-ghazla uachhet fuc matelas gonflable helu helu. Chien hemm versioni superattrettata illi tintefah uahidha. (Mhusc propria uahidha, trid tghidilha int mita u anca trid tuahhalha ma sors ta' lucelttrica – asida – taiba haphna ghla camping f'nofs campania per ezempio). Din il versioni pero chienet tisua 59€ chull sodda. GS ghazel versioni meno fina illi chienet ticconsisti f'matelas gonflable 170 X 95 ghal prett modicu ta' 14€ u li bhal mara incatsata li ma hisc lesta taghti piaciri chienet "Blow-It-Yourself".


GS ghazel zeug esemplari tas-suddett matelas u segua b'reqqa li-struttioniiet li chienu jidhru visualment fuc il cascesc. Fil-fatt chien hemm disinn ta' pompa normali fuc barra u ghalhecc GS dar mal-Batiself ifittesc pompe de l'air sabiesc icun iista ionfoch il-matelas bl-inchas sforz necessariu. L-interrogattioni ta' bosta haddiema chez batiself chienet uahda ardua specialment mita chull darba li avventura ruhu b'euphoria franco-linguistica u deiiem sab tuegiba tipo "Bitte, gesellschaft, pompen " u affariìet ohra strambi bhal daun. Peress li fil-lingua dobermanniana GS ma tantsc hua espert (limitat fil-fatt ghal fraziiet bhal "enschuldigung", "eine coca bitte" "im brandfall nicht benutzen" u "bundesverfassungsgericht" illi huma pratticament il-toto tal-lingua li iaph) il-problemi chienu ched iimmoltiplicau dacs familia fit-terzo mondo.


Fl-ahhar sab haddiem francophonu incatsat illi mid-dehra chull min sctara saccu li iintefah iintbaghat uara fis-settioni tieghu ghal pompa u dan b'haphna aplomb indicalu footpumpé avec deux cylindres pour le maximum de plaisir. Dan insctara flimchien maz-zeug sacchiiet u GS mar bil-mod id-dar ferhan ferhan.


MCGYVERZ


Mela ftit iiem uara gie l-occasioni li GS iiprova dauna l-imtierah. Dana sehh ghaliesc oht MB giet tocghod ghandu ghal leil u ghalhecch chien hemm bzonn ta' sodda ohra. Inhareg ghalhecc is-saccu tad-ditta INTEX trading u GS osserva ghall-euuel darba l-inlet (as opposed to outlet) minn fein suppositament tiddahhal l-aria. Haunhecc inscteghlu il-bozzoz PANIC, FGHOXXITTEDESCHI u anca il bozz XILMADONNAHANAGHMLU filuacht li bdeu iinstemghu fil-boghod id-danse troupe michriia appositament mid-donna bendata illi bdiet ticsceph pian maliniu ilil s-sugget taghha chien GS in personam u anca in sfi*am.


L-inlet chella diametru ta' maduar tlett centimetri (ossia radiu ta maduar uihed punt hamsa centimetri). L-izbocch tal-footpump chien maduar .9 ta'centimetru. Illammi. Illajs. U anca izo**. Nimmaginau li isc-scena chienet l-istess mita uihed mis-seba nani iddecieda iavventura ruhu go chamret biancaneve to "tryhislukk" sachemm inciscfu id-dettalii u l-impossibiltà ta' l-operattioni saret piuttost evidenti.


Pero mincheiia chull avversità GS ma catasc calbu. Cempel lil marcovalden u b'domanda trabocchetto stiednu id-dar sabiesc iehu café. Fl-istess hin beda idur mad-dar iara isibsc soluttioni faidaté. U haunhecc bdiet brainwejvuan.


BRAINTSUNAMI No. 1 – Le Bouchon


GS dahal fil chcina fein sab numru considerevoli ta' bouchon. Ghal min hu pagan ghal lingua franciza il bouchon hua t-tieni parti tat-tirbouchon. Tirebouchon hija s-sors ta' trabixu. Mela fhimtu. Sab is-sufra tal-inbid. Permezz ta' sett ta' skieken tal-gobon beda attivita artigianali helua helua li kienet tikkonsisti li jaghmel tocba f'nofs is-sufra u li f'tarf minnhom iifforma tocba dacs l-izbokk tal-futpump u n-naha l-ohra tinzamm shiha sabiex tintappa l-apertura pornographica illi biha chien dotat il-matelas.


Uasal marcovalden. Is-sufra issauret chif suppost u nbeda process ta'tinfih bilmod. Nel terzo tempo il matels beda jidher ched iintefah (bilmod) xi ftit (haphna bilmod). Izda s-sufra chienet ched tizloch sci ftit. Marcovalden chien ipposittiona ruhu bhala pumper u dan chien ched iaghmlu a ritmo di musica anni ottanta li chienet ched tindacc dach il-hin. Mita z-zlich tas-sufra sar insopportevoli chien uasal il-hin ta'breinweiv two.

Image hosted by Photobucket.com
marcovalden iaghzel musica minn fuc l-aimech filuacht li iippompia


BRAINTSUNAMI No.2 – Le Prophylactique


GS iddecieda li l-ahiar mod li iaccertau ruiehhom li ma iidholsc is-sufra gol-matelas u iintileph ghal deiiem chien li iuzau sci haga li mita iizloch izommu. Daura ohra mad-dar ipproduciet prodott tad-ditta beneamata Durex illi ittaccab (promise ma intuzasc uara) u iddahhal go fih is-suphra. B'hecc chull darba li s-suphra iddecidiet tavventura geuua l-innards tal-matelas din chienet tincabad gol-'ondo u terga tinhareg. Izda din-is-sistema chinet inutli haphna u ma iccontribuietsc uisch ghal infih (anti chien hemm haphna hrib ta' aria).


BRAINTSUNAMI No. 3 – Le Seche Chevaux


Marcovalden – mohh not li deiiem tileph il-premiu nobel ghal creattività u pratticita ghal sbrisc ghaunhecc indahal u iccontribuisca bi scoperta fantascientistica. Iddecieda illi tarf ta' fliscun tal-plastic tal-ilma ghandu iissasawwar f'lenbut u f'tarf iehor iitqieged hairdryer illi ionfoh l-aria (shuna) gol-mitrah. Ghalscein GS imprecalu li peress illi l-hairdryer does not fit like a glove into the lembut ma tantsc chien ser icollu effett. Issellifna il-hairdryer ta' MB u f'chemmilninirraconta inghafas start. Hadmet. Ghal sci seba secondi. Uara tali ammont ta' hin il-fliscun tal-plasticc tghauueg bis-shana u l-hairdryer ghamel paqq.


BACKTOSQUAREONE


L-inutilta taz-zeug mcgyvers spare time chienet qed tispicca ma chull seconda li tghaddi. Chien hemmhecch li indahlet JB – il persuna li chellha torcod fuc is-saqqu dac il leil. Qabdet il-pompa. Qabdet il-carta plastica tat-tgezwir illi chienet mal-pompa (u li chienet imzeina b'haphna stressbubbles li uihed issoltu ifacca f'mumenti ta dueiiac). Gezwret tarf il-pompa bil plasticghattgezwir u b'hecc il-pompa caghdet pinna got-tocba. Marco u GS bacghu ammutoliti mita rau li l-mitrah intefah haphna ichtar malair.

Image hosted by Photobucket.com

marcovalden u julie b fl-ahhar mumenti ta' nfih

Ara vera zeug ebeti (GS u MV of course).


BATISELF – Ix-Xiria Part two


Uara esperienta bhal dich GS iddecieda illi ifittesc pompa ta vera. Dur dur dur ma sab imchien uahda b'exithole taiba. Allura rega mar ghand l-allemanni. Regha intbaghat ghand Rex... l-aiiutant illi iservi ta' reservoir ghal nies li sctrau matelas u ma iafusc ionfhuh.


GS: J'ai besoin d'une pompe pour le matelas gonflable
REX: BITTE?
GS: (tentattioni li iaghmel tuegiba Fawlty-ana stile Ah German... I thought there was something wrong with you) izda iillimita ruhu ghal mima ta' BLOW u MATELAS illi biha zgur chien iirbah tornei internattionali ta' charades
REX: HAPHNA CHLIEM TEDESCH INTRADUCIBBLI (ghasc ma fhimtsc) imma li zgur ifissru (CHEMM IL MADONNA HA JDDUMU JIBAGHTU IMBECILLI JAGHMLU HSEJJES TA' BASS SOTTOTONO U SINJALI TA' SRUM?
GS: Forget it
REX: Try gardening section (il-puphta chien iaph ingliz)


GS imur il-gardening section fein iltaca ma assistenta strabica isda simpaticissima ghasc taph Ingliz u anca Swahili iecch necessariu. Iittiehed hdein scaphpha illi seta iahleph li chienet mistura l-euuel darbtein li mar batiself iphittesc pompi u hemmhech isib pompa elttrica ghalò prett modicu ta' 14€.


Finalmente.


Matelas INTEX X2............................ 28€
Pompe deux cylindres inutile............. 18€
Pompe electrique verygood................ 15€
Bouteille de vin avec bouchon........... 8€
Paquet de 10 Durex Gossamer........... 10€
Deux idiots et un matelas.............. Priceless


DDG:
For greater comfort ensure hole is right size.


PS. Ritiratti iitchiedu ichtar tard.

mercoledì, giugno 08, 2005

Summer Uniform

Dana il Bollettin uasal fi zmien iehor eccitanti ta’ l’ezistenza tieghu. Uara l’articolu tat tfaila simpatica bl’isem helu ta Aurelie indunaina chemm il beneamat Bollettin sar punt ta riferenza cuasi monumentali fil blogosfera. Mincheiia id difficolta’ chbira illi isibu il carreiia sabiesc iacrau chull bloggata illi issir iidher illi hadd ma cata calbu u l-isficronologia chiedha tigi seguita minn ammonti deiiem ichbar ta’ ruieh. Il voyerizmu ta’ hidmet id-donna bendata ma huiesc se iecaph u bl-ebda mod ma hu se iibdel l’istil ghaliesc iech hemm blogg conservatif fil blogosfera dan hua l’assolut.

Ir-redattioni catt ma tiecaf tfaccar illi il bollettin hua openproggekt u bhala tali iistghu isiru contributtioniiet minn chullhadd. Ma hemmsc regoli ta grammatca hllieph li isir effort fil bolletinesch. L isteiier deiiem ghandhom iiffucau fuc sfi*a personali ieu dic altrui. Tisthusc. irracuntau u icscfu eghmiltHa.

Bi hsiebni ghaz-zmien tas-saif nibdel ftit il-libsa tal-Bollettin u nibdel minn isued ghal abiad. Dana sabiesc min ichollu difficolta iacra forsi isib ftit uens fil cuntrast mibdul. Sadattant inuieghdchom li fil iem li geiien tinhareg storia (bil-pictures) ta’ marcovalden u gakbusfigo li flimchien ipprovau ionfhu materasso gonfiabile f’bosta attentati illi bniedem taht influenza seu ta droga iista forsi iassimila ma McGyver.

ghalissa abientot
iccumentau
ichtbu
u ghiduli iecch sci haga ma tintoghgobsc.