Update tal Premjo Sfiga 99 f'Dicembru - Tirrompi Elisa Falzon
Bollettino della Sfiga UK 6/12/99Il-Kompetizzjoni Sfiga '99 tkompli tihrax
Il-tellieqa ghall-premju Sfiga '99 qed issir aktar u aktar akkanita ma' kull gurnata li tghaddi. Il-posizzjoni tal-varji kontestanti qed tinbidel minn jum ghall-iehor.
Il-kompetizzjoni Sfiga '99 rriskjat li tigi terminata precocement peress li kien hemm possibilita' serja li hafna mill-kontestanti jeghrqu fi triqithom lura lejn Malta minn ELSA goes to Gozo IV u b'hekk il-caduti kollha kienu jirbhu l-premju Sfiga '99 "ex aequo" u anki "alla memoria". Izda dan l-event infawst sfortunatament ma sehhx u allura l-kompetizzjoni tibqa' miftuha.
S'issa il-perit tekniku Antonio Tufigno qed jibqa' jzomm il-primat tieghu b'mod indiskuss. Massimo Vella u Andre' Zerafa mill-banda l-ohra qeghdin bil-mod il-mod jitbeghdu mil-quccata tal-gradwatorja. Bhalissa t-tnejn li huma gew abbandunati mill-iSfiga, anzi kwazi kwazi qed jigu abbraccjati mill-fortuna.
Tant biex naghtu ezempju, il-weekend li ghadda Andre' Zerafa kien qieghed f'pub u bhal ma jigri ta' spiss xi hadd waqqa' tazza birra (ovvjament mimlija) illi haslet lill-hbieb kollha tas-sur Zerafa, pero' mhux lilu. Minn intervista illi rrilaxxa lill-BDS UK jidher li irnexxielu jiskiva l-birra b'moviment "in stile Alberto Tomba" (parole sue). Notorjament s-sur Zerafa kien ikun l-iktar kandidat eligibbli ghal shower ta' dan it-tip.
Il-flow ta' kontestanti godda pero' ma jistax jieqaf. Il-Board Editorjali tal-BDS UK ghandu l-pjacir jannuncja l-entrata fil-kompetizzjoni tas-sinjorina Elisa Falzon, illi bi stroke wiehed irnexxielha titla' fit-tieni posizzjoni bi ftit punti ta' distanza mill-perit tekniku Tufigno. Is-sinjorina Falzon kmieni l-bierah filghodu cemplet lill-Board tal-BDS UK minn Malta u gharrfitu inter alia bis-segwenti tracedji:
Il-gimgha li ghaddiet is-sinjorina Falzon harget mir-residenza taghha u kellha l-pjacir tinnota li xi injoti ghogobhom jidhlu fil-karozza taghha (tat-tip Fiat Uno bajda) u jisirqu l-kontenuti kollha li kien hemm go fiha, inkluzi: stereo, il-kontenuti kollha tal-glove compartment u addirittura l-cassette "Edible Animals in the Desert" illi xi hallelin ohra, f'incident simili li gara lil haddiehor xi sentejn ilu, kienu addirittura skartaw.
Hemm pero' dettalji ohra interessanti dwar din il-vicenda. Is-sinjuri hallelin ma kellhomx aptit semplicement ikissru quarter window kif isir tradizzjonalment, imma fil-fatt xtaqu jaghmlu ftit iktar hsara u allura iddeciedew li jillevaw il-bieba fuq in-nahha tal-passiggier sakemm irnexxielhom jikkreaw spazju kbir bizzejjed biex idahhlu hadida, jigbdu il-lock tal-bieba u wara jifthuha.
Minkejja l-akkadut, is-sinjorina Falzon iddecidiet illi kellha tuza l-karozza taghha xorta wahda, u hawnhekk kompliet it-tracedja! Dan l-incident ikkoincida maz-zmien meta kienu infethu bibien is-smewwiet fuq Malta u kien aktar rakkomandabbli li wiehed johrog idur fit-toroq Maltin bi speedboat zghira milli b'karozza. Il-karozza tas-sinjorina Falzon, illi notoriament bhall-Fiats kollha ghandha certa allergija ghall-ilma ma damitx hafna qabel ma waqfet tirrispondi u xeghlet il-famuzissimi tlitt bozoz homor fuq id-dashboard (ossia dutch-bord). Hemmhekk is-sinjorina Falzon irrealizzat bl-izball li kienet ghamlet u kellha tabbanduna minnufih il-vettura taghha.
Wara li waqfet ix-xita u s-sinjorina Falzon regghet marret lura ghall-vettura taghha indunat illi ammont konsiderevoli ta' ilma kien ippenetra fil-karozza mill-apertura gdida illi l-hallelin kienu kortezement fethulha ftit tas-sieghat qabel bir-rizultat ultimu li l-karozza spiccat qisha aquarium zghir bil-presenza anki ta' xi pagell, fanfri u addirittura accjola.
Il-Board Editorjali tal-BDS hu wiehed mill-akbar konoxxenti tas-sinjorina Falzon u huwa cert li ghandha l-kapacita' illi tirbah il-kompetizzjoni Sfiga '99 jekk tibqa' sejra hekk. Wiehed irid jinnota l-mod kif is-sinjorina Falzon irnexxielha tibbalza fit-tieni post b'effort minimu. Dan hu monitu ghall-perit tekniku Tufigno biex joqghod attent jekk jixtieq jikkompleta l-kompetizzjoni b'success. Il-kompetizzjoni hija harxa u l-kontendenti l-ohra huma validissimi, almenu in materia di sfiga!
0 cumment(i):
icchummenta
<< Home