il bollettino della sfiga

martedì, settembre 07, 2004

Misavventuri fil-Moselle

il corrispondent cdid taghna Hubewt "Toccapalle" Dalli jirraconta duar ir-rivalita' chebira bein iz-zeug birrer locali. Gaudu.

Mela ghandchom tchunu tafu li wahda mix-xmajjar principali li jaqsmu l-Gran Dukat tal-Letzeburgu hija l-Moselle u l-fonga li ghandhom biha l-indigeni tal-post hija haga inchredibbli, tant li jsemmu kull haga immaginabbli b'xi wiehed mill-varjazzjonijiet ta' din il-kelma (ghalkemm ghaldhom ma lahqux il-livell li jsemmu tfal b'dan l-isem tipo Madmoselle/Frau Moselle Junker).

Fost l-affarijiet l-achtar popolari li jiehdu isimhom minn din l-ixmara hemm birra bl-isem Mousel. Il-produtturi ta' din il-birra kellhom ukoll il-money spinning idea li jifthu restaurant bl-isem Mousel Cantine fis-sit fejn kien hemm il-birrerija antika tal-Mousel u fejn igieghluk tiffanga f'livelli anke ghola minn dawk tal-Barri u Charlie l-Mahmug.

Mela l-maghruf Gakbu Sfigo ghandu crush helu ghal dan il-post (ghamel zmien anke jikkunsidra imur jabita bieb ma' bieb mieghu li ma jmurx xi darba jinqabad bil-guh) u organizza serata f'dan il-lok, li ghaliha stieden lill-Maltin kollha prezenti f'din ir-rokna ta' l-Ewropa.

Fost dawn chien hemm ukoll Dottor Toccapalle (sive Hubewt Dalli) li minkejja s-soprannom xorta jkollu viziti okkazjonali mis-Sinjura li taghti l-isem lil dan il-bollettin. Il-fortuna (sic) riedet li dak iz-zmien kien hawn il-chunjata visiting u Toccapalle hatarha babysitter u b'hafna guilt feelings hareg jissocjalizza wara zmien chonsiderevoli ta' astinenza.

U mar f'dan il-loch li qieghed proprju erba metri il-boghod mix-xmara Moselle u f'qalbu ikkonsidra kemm hu helu u originali li ssemmi r-restaurant ghax-xmara li qieghda erba metri boghod. Ftit kien jaf li r-restaurant kien imemmi ghall birra u mhux ghax-xmara (ghalkemm fiz-zmienijiet imbieghda xi hadd kienet gietu l-idea li jsemmi l-birra ghax-xmara). U Toccapalle thabbel tahbila sew f'din il-kobba mhabbla ta' ismijiet ta' xmajjar, ristoranti u birer, tant li meta gie l-wejter biex jordna d-drinks Toccapalle lissen b'certa awtorita "BOFFERDING".

Issa ghandkom tchunu tafu li l-birrer Mousel u Bofferding huma zewg birrer prodotti fil-Letzeburgu u huma chompetituri horox ta' xulxin. Kif poggiha Gakbu Sfigo aktar tard, Toccapalle qisu dahal fl-"in-house" restaurant ta' Farsons u talabhom Lowenbrau, jew qisu dahal ikanta "sbejha Patrija wliedek ahna" fil-chazin tal-Labour ta' l-Isla.

L-idea ta' Toccapelle kienet li jduq birra lokali u kellu 50% cans li jgibha tajba imma leeeee. Ma l-ewwel tlissina tal-kelma "Bofferding" il-wejter (li nzerta kien wiehed b'xahru mqaxxra u anke ta' certa statura - j'alla kellux MOUSEL miktuba fuq sidru) ta harsa lill-Tokkapalle tipo "Habib zgur fhimtek hazin. Erga ghidli"

Toccapalle irrepeta: "BOFFERDING" konvint li forsi l-pronuncja (u l-erre prominenti f'nofs il-kelma) kienet ittradietu xi ftit. Il-harsa tal-wejter sviluppat f'wahda ta' "Inti bis-serjeta qed tghid siehbi?". U Toccapalle ikkonfemalu: iva bis-serjeta "Bofferding s'il vous plait".

Hawnhekk il-harsa tal-wejter sviluppat f'wahda ta' "Fejn tridha l-ewwel daqqa ta' ponn?". Kien hawnhekk li Toccapalle dar lejn shabu (sic) - li ta' nsara li huma kienu qed igawdu dan l-episodju fuq ix-xifer ta' l-orgasmu - u staqsihom ghalfejn il-wejter kien qed ihares lejh qishu ebete. Imma hadd ma tah risposta anke ghaliex il-wejter kien qieghed jimmima minn wara dahar Toccapalle kif kien se jiehu pjacir jittorturah.

U ghalhekk Toccapalle rega dar lejn il-wejter u rrepeta (u hawnhekk l-awtorita f' lehnu kienet battiet konsiderevolment) "Bofferding?". Hawnhekk Gakbu Sfigu (li sadanittant kien lahaq l-orgasmu u ghalhekk il-pjacir beda jmajna) gietu hniena minn Toccapalle u spejgalu fuq fuq bl-izball ckejken li kien ghamel.
Toccapalle ma kellu ebda ghazla hlief li (f'gergo politiku biex inkomplu mal-metafora) "jaqsam il-kamra", jichad twemminu, u jghid lill-wejter b'awtorita ta' gurdien quddiem qattus ifferocjat "OK, un Mousel s'il vous plait"

0 cumment(i):

icchummenta

<< Home