Tinbeda corrispondenza mill-Hibernia
Mela fl-ahhar iz-zaghzugh Malti-Skocciz jindenja ruhu jibghat email lil dawk inqas ixxurtjati minnu, u cioe dawk illi jkollhom jissahraw fil-hajja mondana ta’ kuljum, u cioe intom! (jew min minnkom)S’issa l-hajja Skocciza qed titrattani tajjeb hafna. Anke t-temp ghogbu jkun kwazi uman …ghandu sense of humour helu wkoll…tipo thares barra mit-tieqa fil-ghodu u tara naqra xemx, tinzel it-tarag ferhan se ttir ghax ix-xemx hawnhekk hija haga rara daqs l-intelligenza l-Irlanda,[1] u tiskopri purtiera xita mal-bieb ta’ barra! Iva t-temp qed jinbidel mhux minn lejl ghal nhar imma minn minuta ghall-ohra u dejjem b’certa malevolezza. Pero infurmat li minn issa ‘l quddiem m’ghandix inkwiet, kollox prevedibbli: xita, xita u iktar xita.
Aberdeen hija belt mghammra b’hafna affarijiet sbieh, fosthom hafna pubs (pabbs!?!), Malt Whisky Society u Wine Tasting Society. M’hemmx xi nghidu: jien sirt membru tas-societies u regular fir-Red Lion…bar ta’ hafna sakranazzi Skoccizi xwejhin (plus sakranazz Ingliz antipatku u sakranazza Welsh li mohhha biex tmissli sormi) u issa bar ukoll ta’ grupp sakranazzi zghazagh minn Franza (dan kwazi jghix hemm), Lussemburgu, Danimarka, Germanja, Skozja, Svizzera u l-ahhar u zgur mhux l-anqas: Malta.
Pero qeghdin hawn biex nitghallmu wkoll; s’issa skoprejna: (i) li f’LLM trid tistudja naqra u fil-korsijiet li ghazilt jien xi drabi trid taqla’ l-fajjenza; (ii) li l-bard li qed inhoss s’issa m’hu xejn fejn il-bard li se nhoss daqs xahrejn ohra; (iii) li l-flatmate l-Indjan jimsah warrantu b’idejh u minghajr karta igjenika (iv) li hemm mitt elf tip ta’ whisky, kollha b’karattru partikolari skond ir-regjun u li dwarhom it-taghlim huwa infinit. L-ewwel tlett skoperti ma ntlaqawx b’hafna entuzjazmu. Ta’ l-ahhar bi ftit iktar.
Skoprejna wkoll illi l-kampanja Skocciza hija haga inkredibbli. Biss biss jekk tikkonsidra li l-popolazzjoni tal-iSkozja kollha hija ta’ hames miljuni biss tista’ timmagina kemm hawn kampanja vergni (tikkompensa ghan-nies li jidhru li ta’ ghaxar snin ikunu diga ghamlu ricerka karnali estensiva). Mort Stonehaven u Braemar s’issa u bi hsiebi ndur naqra ohra meta jkolli cans diment li t-temp ghadu mhux hazin (relattivament dejjem).
Dwar il-flatmates: (i) Indjan jistudja molecular genetics u darba f’tant jipprova jghallem lili wkoll “That’s an X chromosome man! It’s beautiful man! That’s what makes you a man man!”; (ii) Sudaniz jistudja Pharmacy. Il-komunikazzjoni bejnietna hija semplici u uniformi: jghid xi haga bl-Gharbi, jien nghid l-istess haga bil-Malti, it-tnejn nghidu ‘aaaaah’; (iii) Korejan innocenti dotat b’sens ta’ bilanc li jisfida l-gravita u jikkaguna hafna paniku fid-doubting Thomases tal-flat meta jkun qed ibandal borma mishun jaghli l’hawn u l’hemm; b’dispjacir u anke b’ansjeta kbira skoprejna li jaghmel hsara lil haddiehor izda lilu nnifsu qatt. Jistudja l-kummerc. (iv) Lussemburgiz jistudja l-Geografija; ghazel il-Franciz u l-Germaniz bhala minor subjects; mhux cuc! Dan l-iktar wiehed orrajt u jhobb it-tisjir u l-qatra wkoll…wiehed japprezza l-kumpannija.
Insomma, qed ingawdi. Pero se jkolli nmur nistudja issa ghax ghandi seminar ghada u ghadni ma ppreparajtx kollox. Nispera li kulhadd orrajt…iktbuli darba f’tant!
Ciao ghal issa,
Ju
DDG:
Jecc whisky jiscropp u hafna Malt,
geuua mohhu ser jibca salt?
0 cumment(i):
icchummenta
<< Home