il bollettino della sfiga

giovedì, giugno 30, 2005

L'eremita tal-Crendi fl'Awropa mfissda

Iirrapporta Toninus Caxaro

N.Dr. Iiddebutta haun sfinchronista gdid. Toninus Cascaro detto Twannie meta icun hemm bzonn ta' ghaggla fil chelma.


Ighidu li l-ftira shuna taiba, imma deiiemtaghcom (yours truly) cieghed fuc dieta u l-ftira la shuna u lancas chesha ma iista' iicholha... dil-chronacha casira taz-ziara tieghu Benelux geiia tard ghasc mischin dan l'ahhar chellu hafna sc'iaghmel u sc'iheuden. Imma chif ighidu l-Malti u bosta ilsna ohrain, ahiar tard milli catt, le?

Mela, chollosc beda nhar is-Sibt 11 ta' Guniu meta Caxaro chellu iircheb l'airuplan ghal Brussell u sctac iistudia l'ahhar ftit sighat cabel l'ezami li chien ser ichollu iumein uara, imma ghat-tielet darba f'scahrein stenbah b'infettioni f'ghainu l-leminiia u bl-istress u r-rabia li chellu sehet u dagha chontra d-donna bendata, cabad l'izveliarin u uaddbu chontra l-mera tal-guardarobba. [N.Dr. Il carreiia huma imprecati illi imissu il cabasisi ieuilla iaghmlu talancas chrun] Issa schond is-superstittioni (ieu sub-stittioni ghasc daun it-teoriii iafu ichunu andergraund) suppost bacghalu 2540 iiem ta' ghachs... imma mincheiia li ma ghaddiesc mill-ezami (b'scorti hazina t-test chien legali-economicu u mhusc 'generali' chif chien imhabbar ufficialment... il-clauzoli sospensivi sci z-zo** ichunu? Hemm bzonn actar prattica insomma), uact il-maura tieghu ha hafna gost u dahach bil-calb. Fortunatament siegha cabel ma tfacca l-mitiar seta' imur ghand it-tabib Sacco cugin tan-nanna u bit-tactir li tah beda iara u ihossu ahiar, u actar u actar uara n-naghsa li ha mill-Alpi sal-fruntiera tal-Belgiu.

Brussell, ieu Chiecu-land

Chiecu-land ghasc il-probabbiltà li Caxaro iispicca iahdem fil-belt capitali ta' l-Awropa hiia mbieghda uisc, ghall-incas fil-futur carib. Ghogbitu imma... belt imleuna hafna, bi bosta chuartieri differenti u cosmopolita dacs Madrid ieu Londra. Belt spaziuza ucholl, ghasc it-toroc uiesgha u l-bini l-chbar mhumiesc chollha mgeddsin cacoccia (cioè qaqocca... arah, mohhu deiiem fuc l-ichel!). Imma l-achtar li ghascscac lill-cronista msemmi chienu t-tram li fachchru dacsscein fis-saudade ta' Lisbona, u specialment il-cumpaniia li chellu: il-Kurat von Buitengaats (fl-ahhar Caxaro scopra li dan mhusc cartun imma tad-demm u l-laham), Mjolk, Petrus Melchius u l-Ereticu Polifaceticu... iigifieri mhusc ta' hafna ucuh imma ta' talenti variati, fosthom il-graffiti fuc edificii abbandunati simboli ta' dan l-imbierec paiiiz li ghandna.

Il-Kurat digà ghogbu ielencha l-graiiiet li saru fl-inhaui ta' Berlaymont, ta' l-Iscarpan (Schu-mann) u ta' Dardar Malta, u allura ma tantsc hemm sc'inzidu. Biss nistghu nghidu li giet icconfermata l-memoria casira proverbiali ta' Caxaro billi chellu iistacsi lill-Kurat u d-dolce metà tieghu mhusc incas minn seba' darbiet sc'chien iisimha din l'istruttura tal-fantascienza. Atomeur? Euratom? Le scbin, ced thauuad ma' dac li studiait fuc l-istoria ta' l-UE (ghasc Euratom = European Atomic Energy Community, li m'ghandusc sc'iacsam ma' l-atoms XML li minn ftit taz-zmien 'l haun ghall-bloggin saru cishom l-hobz ta' chulium)... Dan il-monument fil-fatt iismu Atomium.

Id-donna bendata regghet ghamlet prezenza fil-chlinich fein it-tradutturi candidati chellhom iissottomettu sidirhom uiehed uiehed ghall-ecsrei. Caxaro dahal l-euuel u uara l-ecsrei calulu li chellu iistenna fil-ueitinrum sachemm iiccecchiau li l-istampa chienet tidher seu... iocghod iistenna, uact li nies ohra iidhlu iaghmlu l-istess ecsrei u iintcalilhom li iistghu iitilcu minnufih... tghaddi cuarta, nofs siegha, tliet cuarti, u fl-ahhar iibcghu Caxaro u tliet candidati ohra iistenneu il-conferma halli ibeugu 'l hemm. Iibdeu iistacsu 'l sculscin: ghaliesc nibcghu ahna u l-ohrain le? Deiiemtaghcom iasal ghall-concluzioni plauzibbli u pplauzata li dana chien ced iigri ghasc l-erbgha li chienu peiiiepa u sc'achtarsc li l-pulmuni taghhom chienu mcaipra u inadatti ghal post ta' funzionariu ta' l-UE... imma Alex li dahal cuazi ta' l-ahhar ghasc chuniomu iibda bil-V u li milli nafu huua ucholl dacsscein ta' dilettant tad-duhhan heles malair u t-teoriia ta' Caxaro tfarrchet uara ftit minuti. Fl-ahhar alla ibierech irrizulta li ma chiensc hemm loc ghall-allarm u hareg it-tabib biesc ighid lill-erba' sauuiema li setghu iitilcu, u TC seta' ipascsci lill-istonchu tieghu b'zeug croissants u zeug espressi Kimbo –caffè Napoletano li hu l-favorit tieghu– fit-terrattin ta' cafetteriia li sab b'cumbinattioni faccata l-oftalmologu (speci ta' mad professor li tah l-ahbar taiba li l-conguntivite cuazi chienet tfeicet).


Paiiiz de Luxe, ieu Cucu-land


Uuuu issssaaaa hallich minn Brussell, Twan! Sci gmiel ta' post, specialment ghal min ihobb il-chuiet, l-ispazii miftuhin, il-hdura... Cucu-land ghasc iecc tcun fil-Place de Guillaume u tisma' l-cniepen tal-catidral ghall-euuel darba probabbli li tinfescsc tidhac bil-muzica donnha mahruga minn sci hrafa ieu appuntu minn sci cucu-clocc, ieu uahda minn dauc il-cascsci muzicali li malli tiftahhom titla' ballerina ddur iddur bil-mod il-mod. Paiiiz de Luxe ghasc collosc nadif tatta bhallichiecu l-belt collha chienet lucanda ta' hames stilel... sahansitra fis-subway ta' l-istattion iismu Hamilius (mhusc Hamallius) ma tara l-ebda nitca hmieg. Issa mhusc talli Caxaro ihobb il-lussu ghasc actarsc huua bniedem semplici... forsi f'dan il-post chien hassu comdu ghasc il-belt tal-Lussemburgu tant hi zghira li cisech tista' thaddanha collha, u chif darba cal Umberto Eco, «occorre crearsi delle costrizioni per poter creare liberamente». Haga li ma tfissirsc li ma ihobbsc ucoll il-bliet cosmopoliti, imma fein icun hemm hafna affariiiet ghaddeiiin hsiebu actar icun iista' iintilef, uact li f'spaziu limitat ihoss li iista' iicconcentra ahiar. Is-sabih ta' dan il-micropaiiiz hu li iecc trid tivviaggia ghandec hafna mobbiltà... u iecc ma tmursc fuc trein ieu aiurplan, issib bosta nisa sbieh u intelligenti b'carotta (cioè auto mhusc zunnariia) ta' l-ghageb.


L-antisfigha: Caxaro inzerta temp bnatti li dam ghall-hamest iiiem li baca' hemm, barca meteorologica li milli iidher tasal il-Lussemburgu biss darbtein iecc mhusc tliet darbiet fis-sena. U paradossi della vita, dac li siefer lein it-Tramuntana ta' l-Awropa mar lura l-Blata dacsscein actar smaiiar milli chien.


Uara icla pantagruuelica (jarret de porc) l-euuel gurnata hdein isc-scmara Alzette fil-cumpaniia helua ta' Gakbu Sfigho u Marcovalden, bdeu il-campiunati ta' diversi tipi ta' loghob, mirbuha cuazi collha minn hadd incas minn dac li minghalih huua Lo Re. Caxaro chellu fucu l-hin collu s-sahta tad-donna bendata: fil-biliard tilef darbtein ic-cans li iirbah lil GS; f'partita futbol ta' incas minn zeug minuti uegga' rcopptu u ghadu bil-gerha sal-lum; gie l-ahhar ucoll fil-carti tad-dinosauri (issacsunisc chif spicciaina nilghabu dil-loghba); fl-euuel loghba ta' Scrabble gie t-tieni ghasc ic-ciampiin ta' cuazi collosc permett ta' certi chelmiet ezotici ghall-ahhar chellu bosta actar punti (imn'alla ma laghbniesc bil-Latin ghasc chien itina scebgha ta' biiondbilif); u fil-calcio tal-magna (Fifa 2005) actar fantascienza, il-Man Utd iitilfu contra l-Udinese!! Tat-tumacc (too much) ostia!


Sfortunato nel gioco, fortunato in amore? Leeeee! A cagare! La stagione della sfiga viene e va, ma la stagione dell'amore non arriva mai... darba minnhom fil-Place d'Armes tigi tpoggi hdein Caxaro tfaila Taliana b'uicc cuazi angelica, tbissima sahhariia u lehen helu dacs l-ghasel... din tista' tcun esagerattioni dovuta ghall-marguerita li chienet ced tinsctorob dic il-leila, imma insomma, collosc chien miesci harir, TC u t-Taliana sbeiha hadu gost iitchellmu fuc collosc u fuc scein, it-tfaila uriet id-dizappunt taghha meta semghet li l-eremita tal-Crendi ma chiensc ser icun hemm fil-festa ta' tliet iiiem uara fuc il-pont (li cumbinattioni chienet tinzerta f'gheluc sninu, sc'gharucaza!)... sachemm il-conversattioni b'sci mod iddur fuc il-calcio u Caxaro iistcarr li ma iahmilsc il-Milan ghasc huma ta' Berlusconi, u l-Meneghina ta' banchiera siniura li hi tiehu ghaliha... u ftit uara araha terga' lura ghall-Opel Tigra u titlac 'l hemm ghal deiiem ta' deiiem amen.



Min hu fresh in love (espressioni mhaddma min sieheb Isloven li wasal fuc isc-scena wact li GS cien qed ibus id-dolce metà tieghu), min ghandu l-flirt fatigue, min ghandu l-moffa ticber f'calbu...

Sfigati ohra li grau matul iz-ziara ta' Caxaro l-Lussemburgu:

? Il-mitrah tant iccelebrat f'din il-bloggata (il-Blow Job) iirtab bil-ftit il-ftit u darba minnhom TC iizloc u cuazi ihabbat imniehru ma' l-art

? Venerdì diciassette, serata ta' uens, hedla u telca fil-Place d'Armes u zeug garar marguerita, sieheb Daniz iscarrab il-calziet tieghu bil-birra u biesc tghascscaca iigi ghasfur iahra sfacciatament fuc il-glecc li chellu mdendel fuc is-siggiu ta' magenbu


? Caxaro ta' ciuc li hu fil-gnien ta' uara Casa Sfigho ihalli t-telefon tal-but fisc-scemsc tacli l-grieden, l-imhuh u s-silicon, u b'hecc l-imbierec gagit iithassar ghalcollosc

? Sabato diciotto, id-dolce metà ta' Gakbu Sfigho hi u geiia lura l-Lussemburgu minn Franza fuc l-autostrada tispicca minghair petrol... immorru sa pompa tal-petrol u nisctru recipient tal-plastic li GS imbaghad ifauuar u iimla ideih bir-riha tinten tad-dizil. Ahna u nfittscu l-carotta (auto mhusc zunnariia) ta' M. nintilfu f'nofs il-campania sachemm fortunatament insibuha bl-addocc u collosc iispiccia b'uicc il-gid. Fil-hanut tal-petrolsteiscin TC iapprofitta ruhu biesc iisctri flisccun amaretto li dac il-leil stess ispirah biesc rebah it-tieni loghba ta' Scrabble (yesss!!!!), li fiha MV iigi t-tieni u GS, sultan abdicat, iigi t-tielet (ieu l-ahhar?)

? Din mhisc propriament sfigata imma haccha menzioni ghasc veru tad-dahc... uact episodiu tal-Commissario Montalbano, il-carattru Catarella iaghmel leil shih iezamina l-fails tal-compiuter ta' uiehed mis-suspettati, sacemm Montalbano iiftachar fih uara tlugh isc-scemsc u imur ifittscu.


- Allore, checcosa hai truvate?
- Cose pastase Commissario! Uomini con femmine, femmine con femmine, femmine con annimaaali!!



Ftit taghlimiet miz-ziara:

? Iecc tiecol chebab bis-sauce andalouse cis li tmur tahsel snienec minnufih halli ma ddeiiac 'il hadd bir-riha tat-teum

? Iecc ci provi ma' banchiera siniura Taliana minn Milano tghidilhiesc li inti contra l-Berlusca ghasc abbli tiehu ghaliha... avolia iecc din tissimpatitta ma' dac il-halliel u purcinell ahiar ma tipprova scein

? Iecc tidghi bil-Malti fid-diutifrì ta' l-airuport ta' Brussell ghasc ic-cicculata li cont ueghidt liz-ziia tisua ictar mid-doppiu ta' dac li cont sthaiiilt, cun zgur li ma hemmsc sci Malti cribech... fil-caz ta' TC chien hemm tnein, uiehed donnu professur universitariu scanta seu uact li l-iehor donnu cabel ma' l-invocatur ta' l-ostia u taz-zo** ghasc infescsc iidhac

? U fl-ahhar, iecc sci darba tilghab sci loghba ma' Gakbu Sfigho aghmel cull ma tista biesc tirbahlu ghasc donnu l-ciampiin ta' collosc!
Detto del giorno:

Min iitma fit-tama
it-tama tcarrac bih,
iaghmel ir-rih fil-bomblu,
iahseb li isiefer bih.

Sachemm Toninus Caxaro ierga' isiefer b'Malti (u Bollettinesc) actar zviluppat u b'actar tama li ighaddi mill-ezami.

U fl-ahhar imma mhusc l-incas, TC iisctiec iiehu l-occazioni biesc iirringrattia lill-bloggin ta' barra ta' l-ospitalità cbira taghhom.

Ad altiora semper e nun me scoccia', 'a maddunna bendata il cuor ti spaccherà

6 cumment(i):

u bi tbissima niidlek salutattioniit sieheb, nisperau narauch awn darb'ohra!

(tergasc tigi 'l hawn ja sfigat! porti iella! tje! tje!)

By Blogger gybexi, at 1:55 PM  

Grazzi gybexi.

porti iella xi tfisser?

By Blogger Antoine Cassar, at 3:00 PM  

porta iella
porter la poisse
tishet (bis-sing f'nofs il h)

imissech taphom seu dauna l affariiet

By Blogger Jacques René Zammit, at 4:07 PM  

memorii sbih li ikanklu l-kalb

By Blogger Erezija, at 4:08 PM  

Issa phhimtha, iella bit-Taljan aqqanna...

M'ghandhiex x'taqsam ma' din is-siehba mela...

By Blogger Antoine Cassar, at 4:24 PM  

porti iella - u iena hsibtha tfisser gib lei dawn in-nahat lil iella u chal mument chont appich biesh nachbel.

By Anonymous Anonimo, at 5:45 PM  

icchummenta

<< Home