il bollettino della sfiga

martedì, novembre 30, 1999

Bollettin Bikri mill-UK - Portanier jitfacca

Bollettino della Sfiga
UK edition
Issue 30/11/99

Nota editorjaliWara l-vicissitudnijiet li laqtu lil George Said il-weekend li ghadda, jidher illi l-girja ghall-premju Sfiga '99 kompliet tihrax. Xorta wahda jidher li l-perit tekniku Antonio Tufigno ghadu qed izomm il-lead saldament u skond l-esperti tal-BDS UK ghandu anki l-potenzjal biex jibqa' jzommha sal-ahhar, ghalkemm huwa difficli li wiehed jaghmel pronostici f'materja bhal din.

Andre' Zerafa ultimament gawda minn iktar fortuna mis-soltu. Fil-fatt wara l-incident tas-Sunday Times ma gralu xejn di rilievo. Dan il-perijodu ta' kalma apparenti jaf anki jkun klassiku ezempju ta' "quiete prima della tempesta".

Minn naha tieghu Massimo Vella qieghed ukoll igawdi minn ziffa ta' normalita' li ftit kellu x-xorti jgawdi qabel f'hajtu. Din is-sena pero' jidher li s-sur Vella ha jkun inibit milli jtella' l-esposizzjoni artistika annwali tieghu ta' "affreschi" istantaneji, bl-uzu ta' "patent pending technology" ivvintata minnu: l-famuzissima wall-to-wall vomit. Din it-teknika kienet giet esperimentata ghall-ewwel darba f'Elsa goes to Gozo 1 u giet raffinata bl-utilizz ta' kuluri godda fit-tieni edizzjoni tal-Elsa goes to Gozo. Din is-sena Massimo Vella xtaq ikompli jizviluppa din it-teknika u diga' kellu xi ideat godda li pero' ha jkolli jzomm "in store" ghal xi okkazjoni ohra.

Il-bord editorjali tal-BDS UK jixtieq ifakkar lis-subscribers ta' dil-Gazzetta elettronika hekk popolari li kulhadd huwa mistieden biex jippartecipa fil-premju Sfiga '99. Din il-gimgha kien hemm l-entrata ta' zewg kontendenti godda: Conrad Portanier u Marie Claire Pisani.

Is-sur Portanier akkwista d-dritt awtomatiku li jippartecipa wara li l-gimgha li ghaddiet ntlaqat minn buffura ta' sfortuna xejn invidjabbli. L-ewwel avveniment f'sensiela ta' incidenti li kellhom jigu affrontati mis-sur Portanier fil-weekend li ghadda kien il-klassiku fire alarm f'nofs ta'lejl, li kien ovvjament, bhal ma tixtieq it-tradizzjoni (ghax kieku l-anqas jghodd ghall-iskopijiet tal-kompetizzjoni) false alarm.

Effettivament dan l-incident ma tantx pogga lis-Sur Portanier 'il fuq fil-gradwatorja ghall-Premju Sfiga '99. Massimo Vella u "the single-serving friend" tieghu (dawk biss li raw il-film Fight Club jistghu jifhmu dan ir-riferiment) Andre' Zerafa kellhom jaffrontaw incidenti ta' dan it-tip ripetutament.

Incident iktar simpatiku li laqat lis-sur Portanier sehh l-ghada ta' dan il-false alarm. Is-sur Portanier iddecieda li jmur jesplora l-famuzissimu Camden market, li jinsab f'Camden Town, zone 2 ta' Londra. Hemmhekk is-sur Portanier xtara skultura tipika Afrikana (li x'aktarx kienet xi made in Taiwan). Din kienet skultura tal-injam, raffiguranti l-klassiku nukleju familjari afrikan: papa' iswed, mama' sewda u baby iswed. Is-sur Portanier kuntent ser itir bl-akkwist li kien ghadu kif ghamel (frott ta' xi saghtejn trattativi ma' bejjiegh Pakistani) mar fil-hall of residence tieghu biex jurih lil shabu.

Kulhadd baqa' impressjonat bis-sbuhija ta' din l-iskultura. L-injam kien tal-iprem kwalita', il-finish kienet perfetta. Is-sur Portanier kien wera lil kulhadd x'gosti raffinati ghandu. Kien hemm pero' difett zghir li s-sur Portanier ma kienx ghadu innota. Habib tieghu minn Cipru innota li n-nukleju familjari tipiku Afrikan kien jikkomprendi anki par saqajn "free standing" li kienu originarjament jappartjenu lit-tifel l-iehor ta' dik l-istess familja. Sa dak il-hin is-sur Portanier, li s-soltu ma tghaddix dubbiena minn hdejh minghajr ma tkun ottjeniet il-prevju kunsens bil-miktub minn ghandu, ma kienx ghadu induna b'dan id-difett xejn zghir.I

l-possibiltajiet kienu tnejn:
1) Jew kienet skultura partikolarment realistika li kienet qed iggib il-klassiku nukleju familjari Afrikan komprendenti anki t-tieni tifel tal-familja li kien iddecieda imur passiggata tipika fuq land mine; jew
2) Il-bejjiegh Pakistani kien dahak bis-sur Portanier.Minn informazzjoni li ghandu dal-gurnal jidher li sussegwentement is-sur Portanier rega' mar Camden Town u wara xi saghtejn trattativi u minaccji varji lill-bejjiegh Pakistani, u wara li kien ser jaqla' multa ghax ma kienx xtara tube ticket validu ghal zone 2, irnexxielu jbiddel l-istatwa.

Pero' l-weekend tas-sur Portanier kienu ghadu ma spiccax. Il-letturi taghna s'issa intebhu illi ma saret l-ebda referenza ghall-kompetitrici l-ohra, is-sinjorina Marie Claire Pisani, tfajla u cioe' fidanzata attwali tal-istess sur Portanier illi bhallissa qed tistudja f'Universita' f'Surrey.Bhal ma jaghmel kull gimaghtejn, is-sur Portanier mar jara lis-sinjorina Pisani f'Surrey. Kienet okkazjoni ghal weekend romantiku wara diversi gimghat. Fil-fatt, ftit tal-jiem ilu s-sur Portanier ikkonfida lill-editur ta' dal-gurnal li s-sinjorina Pisani ultimament kellha xi ftit tax-xoghol x'taghmel u l-koppja ma tantx kellha hin biex titkellem bil-kwiet (da leggersi, "ghal mumenti ta' intimita' varji"). Dan kellu jkun weekend importanti ta' riavvicinament ghal dawn iz-zewg zghazagh, ghax kulhadd jaf fejn tista' twassal il-lontananza f'dawn il-kazijiet.

Hekk kif tixtieq it-tradizzjoni l-koppja Portanier-Pisani iddecidiet torganizza romantic dinner a bazi ta' stir-fried chicken. F'hin minnhom is-sur Portanier qal lill-findazata tieghu biex tigbed (cioe' titfi) l-fume extractor. Is-sinjorina Pisani pero' haditu alla lettera u b'delikatezza kbira (tipika ghal tfajla tad-dimensjonijet taghha) qalghet il-fume extractor minn mal-hajt, wara permezz ta' piroetta stile ballerina klassika, waqghet ghal daharha, waqqghet il-fume extractor fuq il-cooker li kien ghadu qed jaqbad u qalbet ir-recipjent kontenenti l-istir-fried chicken mal-art.

Peress li kienet ghadha mhux kuntenta, s-sinjorina Pisani wara irnexxielha anki tkisser platt. Minn informazzjoni li ghandu dal-gurnal jidher li l-ikla famigerata giet tiswa hafna iktar milli kien ippreveda s-sur Portanier, li spicca kiel fume extractor al cartoccio b'kontorn ta' dagha.Wara dan l-incident il-koppja Pisani-Portanier ibbalzat fit-tieni post tal-kompetizzjoni Sfiga '99 u jekk tibqa' sejra hekk ghandha anki c-chance li tirbah dan il-premju hekk ambit. Il-perit tekniku Tufigno ha jkollu jara x'jista' jivvinta dal-weekend sabiex jikkonsolida l-posizzjoni tieghu.

0 cumment(i):

icchummenta

<< Home