il bollettino della sfiga

venerdì, gennaio 07, 2005

PROTEST DEPORTIVO ESTUDIANTES FCC(&S)QC

HAUN TAHT IL-CARREIIA ISIBU ITTRA INDIRIZZATA LILL-MFA MILL-UFFICJALI GHOLIA TA' DEPORTIVO ESTUDIANTES FOOTBALL, CRICKET, CACTI (AND SUCCULENTS), AND QUIZ CLUB UARA EVENTI ILLI GRAU F'LOGHBA TAL-FUTSAL LIGG. INNOTAU IR-REQQA ILLI BIHA DOTTOR AVV TUFIGNO GIBED L-ATTENTIONI GHALL INEZATTEZZI U NUQQAS TA' FAIR PLAY LI REFERIN ALBANIZ GHOGBU JIDDERIGI LEIN DEPORTIVO. ICHTAR DUAR DINA L-ISTORIA F'EDITTIONI OHRA TA' FURIA NERA.

L-Uffiċjal Inkarigat
FUTSAL League
Malta Football Association
Triq San Pawl
Valletta


Sinjur,

Nikteb bla preġudizzju għan-nom tad-Deportivo Estudiantes F.C.C.Q. team reġistrat fit-Tielet Diviżjoni Grupp B illi illum stess kien skedat biex jilgħab fis-1830 ġewwa Ħaż-Żebbuġ kontra Datastream F.C.

Numru ta’ players tad-Deportivo Estudiantes waslu ftit tard għal dil-logħba, dana minħabba l-maltemp li qala’ ċerti problemi fit-traffiku fit-toroq li jwasslu għall-pitch ta’ Ħaż-Żebbuġ, bħal per eżempju fl-iMdina By-Pass kif ukoll fi Triq l-Imdina bejn Ħal Qormi u Ħaż-Żebbuġ fej għal xi raġuni t-triq ġiet ridotta għal karreġġjata waħda biss u dan wassal għal konġestjoni kbira fil-jum tal-logħba. Il-players li waslu tard kienu ġejjin minn dawn l-akkwati.

Illi meta jiena bħala waħda mill-persuni responsabbli wasalt fil-pitch ġejt meħud fil-bar minn wieħed miż-żewġ referees għax qalli biex immur hemm ħalli nikteb l-ismijiet tal-players li kienu preżenti. Meta tlabtu jagħtini xi ħaġa biex nikteb biha, qalli li m’għandux. Evidentement ma kienx qiegħed jgħid il-verita` għax ir-regolamenti jeżiġu illi r-referee ikollu mqar lapes jew biro miegħu ħalli jikteb l-iscorers jew il-players ammoniti waqt il-logħba, jew inkella jekk kien qed jgħid il-verita` kien negliġenti u nesieha.

Dan il-fatt juri biċ-ċar illi sfortunatament din il-persuna riedet tapprofitta mir-ritard żgħir tagħna biex waħda mil-logħbiet (waqt li kienet nieżla x-xita) ma ssirx.

Tant hu hekk illi meta rnexxili nġib biro mill-bar dan l-istess referee, li jidher li huwa frustier, urieni l-arloġġ tiegħu fejn dan kien jimmarka 9:09, kien kronometru (stopwatch) u qalli li qed jagħtina għaxar minuti ‘grace’ u li minnhom kien biss baqa’ pratikament l-aħħar minuta u kien ser joħroġ mill-bar u mal-egħluq tal-għaxar minuti isaffar walk over, u dak il-ħin ħareġ dritt mill-bar segwit minni.

Malli ħriġna mill-bar sibna quddiem wiċċna ir-raba’ player tagħna li wasal qabel ma għaddew l-għaxar minuti li dan ir-referee iddeċieda jagħti.

Dan ir-referee madanakollu, u minkejja l-fatt illi l-avversarji tagħna b’veru sens ta’ sportivita` qalu kemm lilu kif ukoll lir-referee l-ieħor illi kienu lesti li jilgħabuha xorta din il-logħba, baqa’ jwebbes rasu u jippika magħna qisu għandu xi ħaġa personali kontrina.

Tant hu hekk illi għalkemm ripetutament ġie mitlub illi jibda l-logħba kompla jwebbes rasu u jitlob il-formula biex ikun jista’ jippreżentaha mar-rapport.

In miglior ipotesi dan l-aġir jikkostitwixxi nuqqas ta’ pratiċita` u ta’ sens ta’ x’inhu sport. Kienet ġurnata ta’ xita, u kull min kien ġol-pitch kien jaf illi kien hemm ħafna traffiku.

Il-formula lanqas biss tani ċans niffirmaha jew nimla l-ID Cards tal-players, tant kien ħerqan li jkollu karta f’idejh li turi li kien hemm numru żgħir ta’ players.

Dina mhix l-ewwel darba li jinqalgħu diżgwidi. Sentejn ilu, f’ Ħaż-Żabbar, meta f’logħba minnhom ma ġiex ir-referee, lanqas biss lissinna kelma.

Is-sena l-oħra, meta tlifna logħba għax ma attendejniex meta ma konniex nafu bid-data l-ġdida (ta’ logħba li kienet ġiet rinvijata mill-programm oriġinali) u li dwarha qatt ma rċevejna d-data, lanqas biss irċevejna imqar acknowledgement mill-MFA dwar il-complaint tagħna. Ma għidna xejn.

Pero` f’dan il-każ jekk il-logħba skedata biex tintlagħab illum l-10 ta’ Diċembru 2004 ma tingħatax data oħra biex issir, din tkun inġustizzja sportiva.

Ma għandiex tintuża fiskalita` eżaġerata f’logħba tat-tielet diviżjoni fejn it-timijiet huma kollha ta’ indole amatorjali u fejn il-logħob jintlagħab ġo pitches li għandhom daqs altament divers minn xulxin, ghax jew ser inkunu fiskali u preċiżi fuq kollox bil-pinna u l-klamar, inkella ser inkunu raġunevoli u nieħdu ħsieb li kulħadd jieħu gost, speċjalment considerando l-flus li jitħallsu għall-parteċipazzjoni.

Barra minn hekk ir-referee tana għaxar minuti biex naslu u nkunu nistgħu nibdew, u qabel ma għalqu l-għaxar minuti kien hemm players biżżejjed biex tibda l-logħba.

Dana l-istess referee meta mitlub jidentifika ruħu irrifjuta li juri tali identifikazzjoni u qal biex nistaqsu lill-MFA.

Illi r-reazzjoni ġiet ipprovokata kompletament mill-attitudni altament intransiġenti u ta’ nuqqas ta’ djalogu li assumew ir-referees, tant illi għalihom aħjar tovertakeja l-karozzi u tqieghed fil-perikolu l-ħajja tan-nies ta’ madwarek biex ma tasalx tard ghal logħba futbol tat-Tielet Diviżjoni tal-FUTSAL.

Għan-nom tad-Deportivo Estudiantes F.C.C.Q. għalhekk nitlobkom illi, waqt illi tikkonsidraw dak li hawn miktub hawn fuq u mhux biss dak illi żgur sejrin jiktbu ir-referees fuq ir-rapport tagħhom għaliex fl-aħħar mill-aħħar dan huwa dmir ta’ kull min jiddeċidi, tordnaw illi jiġi iffissata data oħra biex tintlagħab l-ewwel logħba bejn it-team tagħna u id-Datastream F.C., u li fi kwalunkwe każ u għall-ġid ta’ kulħadd iż-żewġ referees li kienu responsabbli llum ma jerġgħux jiddiriġu logħob ta’ l-istess Deportivo Estudiantes F.C.C.Q.

Nirringrazzjak.


Avv. Antonio Tufigno

0 cumment(i):

icchummenta

<< Home